Stejjer Umani
Helen tirċievi t-telefonata li kienet ilha tistenna – dal-lejl ingħatat fwied ġdid

Helen kienet ilha tistenna trapjant tal-fwied. L-istorja tagħha kienet ixxandret mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM u iktar tard ukoll waqt l-Istrina.

Dan l-aħħar Helen kienet qed tgħix fl-Ingilterra flimkien ma’ żewġha, għax kif jinstab donatur, Helen kellha tiġri lejn l-isptar biex isir it-trapjant minnufih. Biex jagħmlu dan il-koppja Caruana spiċċaw it-tnejn bla xogħol.

Iżda dan is-sagrifiċċju ħalla l-frott, hekk kif ilbieraħ Hellen irċeviet it-telefonata li kienet ilha ħafna tistenna, u ngħatat l-aħbar li kien hemm fwied għaliha.

Iben Helen, Charles, ħabbar fuq il-midja soċjali li l-operazzjoni saret matul dan il-lejl, u li kollox kien mexa kif suppost. Dawn jibqgħu, madanakollu, mumenti delikati sakemm Hellen tirkupra fl-ITU. Charles appella lil kulħadd biex iżomm lil ommu fi ħsibijietu u fit-talb tiegħu.

Intant, f’reazzjoni li tat lil TVM wara li ġiet irrapportata l-aħbar, mart Charles, Christine, qalet li l-famlija ta’ Helen baqgħet impressjonata bir-rispons tan-nies, li ħafna minnhom lanqas jafuha u xorta jixtiqulha l-ġid.

“Kellna ħsiebna ħafna fid-donatur, jien u Charles, u fil-familja tiegħu. Il-ħin kollu naħsbu fih,” qalet Christine. Żiedet tgħid li kienet impressjonata bil-kuraġġ ta’ sur li Helen kellha lbieraħ, u sens ta’ paċi, li ddeskriviet bħala inkredibbli.

https://www.facebook.com/jienalistrina/videos/2284329258466048/

Ara wkoll:

Ilha 8 xhur Londra tistenna trapjant tal-fwied

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqfet passiġġier li kellu fuqu €34,220 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier kien sejjer l-Amman. Meta kien mistoqsi minn uffiċjal tad-Dwana dwar kemm kellu flus,…

Lokali

Studenti u żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena jistgħu jerġgħu japplikaw għall-iskema ‘work trial scheme for youths’ li permezz tagħha jgawdu minn ħlas ta’ €85 fil-ġimgħa għal total…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mix-Xagħra tressaq il-Qorti akkużat li f’diversi ġranet bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2019, f’diversi postijiet ġewwa l-gżira t’Għawdex, hedded, żamm persuna kontra l-volontà tagħha, u kiser…

Qorti

Joel Portelli ta’ 28 sena mir-Rabat Għawdex kien illiberat wara li kien akkużat li f’Awwissu 2017 ħebb għal martu u kkaġunalha feriti gravi. Kien akkużat ukoll li insulenta u hedded…

Aktar