Helpline għall-ħaddiema u ieħor għal min iħaddem biex jinqatgħu l-abbużi

F’konferenza tal-aħbarijiet virtwali, il-Ministru responsabbli mid-djalogu soċjali, Carmelo Abela qal li l-Gvern qiegħed kontinwament jindaga biex jiżgura li ma jkunx hemm abbużi fuq il-post tax-xogħol minħabba l-imxija tal-COVID-19. Il-Ministru Abela qal li mis-6 ta’ Marzu lil hawn id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi rċieva mas-6,000 mistoqsija u fl-aħħar ġimgħa medja ta’ 300 telefonata kuljum li għandhom x’jaqsmu mal-impjiegi fl-isfond tal-pandemija tal-Coronavirus.

Ħabbar li għalhekk se jinfetħu żewġ helplines, għall-ħaddiema bin-numru 1575 u għal min iħaddem bin-numru 1576.

“Dan il-helpline jista’ jintuża għal direzzjoni marbuta ma kwistjonijiet fosthom: kundizzjonijiet tax-xogħol, leave tal-kwarantina, rati ta’ ħlas, reduced hours, unpaid leave, forced leave, collective redundancies. Dan ser jopera mit-08:00 sal-16:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Tista wkoll tintbgħat email fuq [email protected]

Il-Ministru Abela qal li l-pagi u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema ma jistgħux jinbidlu b’mod arbitrarju. Huwa semma’ kif fit-tielet pakket ta’ għajnuna finanzjarja għan-negozji, il-Gvern se jagħti €800 fix-xahar bħala paga lill-ħaddiema fis-setturi l-l-aktar milquta. Qal li l-għaqdiet ta’ min iħaddem wiegħdu li l-employers se jġorru l-parti tagħhom u jekk għal xi raġuni ma jistgħux iżomm ma dan il-ftehim, huma obbligat jikkuntatja lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u mhux jieħdu l-liġi f’idejhom.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment Diane Vella qalet li fuq is-sit elettorniku tad-dipartiment hemm dokumenti bil-mistoqsijiet li l-aktar qed isiru f’din iċ-ċirkustanza u t-tweġibiet għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ġid tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment imur lil hinn minn għajnuna finanzjara f’mumenti ta’ emerġenza nazzjoanli. Fi żjara fl-uffiċini li jamministraw il-programm, Dr Abela saħaq dwar…

Safar

Il-Virtù Ferries ħabbret li se tkun qed timplimenta protokolli ta’ distanza soċjali minn meta jibdew il-vjaġġi fl-1 ta’ Lulju, billi primarjament naqqset drastikament l-ammont ta’ passiġġiera fuq kull vjaġġ. Qalet…

Ekonomija u Finanzi

Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta jistenna li t‑tkabbir ekonomiku ser ikun affettwat sostanzjalment mill‑imxija tal‑COVID‑19 u mill‑miżuri ta’ trażżin imposti mill‑gvernijiet mad‑dinja kollha sabiex inaqqsu t‑tixrid tal‑virus. Minħabba li hawn ħafna…

Trasport

Transport Malta qed tniedi sit elettroniku, https://licenzji-xufiera.gov.mt/, li jagħti aċċess lill-pubbliku sabiex japplika għall-permess tal-istudenti tas-sewqan u biex jibbukkjaw l-eżamijiet għal-liċenzja tas-sewqan. Dan il-portal se jiffaċilita l-proċess tal-applikazzjoni u se jnaqqas…

Aktar