Ħelsien mill-arrest għal Għawdxi li kkoltiva l-pjanta tal-kannabis

Raġel Għawdxi ta’ 36 sena minn Għajnsielem ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati li kkoltiva u kellu fil-pussess tiegħu l-pjanta tal-kannabis.
Ir-raġel tressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Dr P Coppini u ġie akkużat li d-droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkuzi miġjuba kontrih.