Lokali
Ħelsien mill-arrest għal Għawdxi mixli bi ħruq ta’ karozza u ħsarat fuq proprjetà

Raġel ta’ 42 sena mix-Xagħra ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li fil-bidu ta’ Settembru li għadda kien kompliċi f’reat ta’ ħruq ta’ vettura u ħsarat fi proprjetà.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri xlietu quddiem il-Maġistrat Simone Grech li għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar
(rrenda ruħu kompliċi fir-reat ta’ ħruq volontarju ta’ vettura u ħsarat fuq propjeta, fi Triq ir-Rabat, ix-Xewkija, Għawdex.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li sar reċidiv b’diversi sentenzi mill-Qorti.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.