COVID-19
Hemm bżonn tat-tielet doża tal-vaċċin?

Is-Supretendent tas-Saħħa, Professur Charmaine Gauci qalet li minn dak li nafu bħalissa l-vaċċini kontra l-imxija tal-COVID-19 jagħtu protezzjoni għall-inqas ta’ sitt xhur u jaf aktar.

Waqt kienet qed twieġeb mistoqsijiet dwar il-vaċċin, Profs Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed isegwu dak li għaddej dwar il-vaċċini u dwar kemm iddum l-immunità. Qalet li Malta qed issegwi jekk ikunx hemm il-ħtieġa tat-tielet doża.

Temmet tgħid li Malta tinsab preparata jekk ikun hemm il-bżonn tat-tielet doża.