Propjetà
Hemm rabta bejn id-domanda u l-prezz tal-proprjetà?

Iżjed minn 70 proġett li jirrappreżentaw ideat friski fil-qasam tal-informatika kienu esebiti mill-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni waqt esebizzjoni li hija wkoll aċċessibli għall-pubbliku b’mod virtwali. Żewġ studenti li se jiggradwaw din is-sena fissru kif il-proġetti jistgħu jkunu applikati b’mod prattiku fil-ħajja ta’ kuljum.

Iżjed minn 70 proġett li jirrappreżentaw l-iżjed xejriet friski mill-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika kienu esebiti mill-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informatika waqt esebizzjoni li hija wkoll aċċessibli għall-pubbliku b’mod virtwali.

Teżisti xi relazzjoni bejn id-domanda u l-prezzijiet għall-proprjetajiet…u l-post fejn jinsabu?

Michael Scicluna Calleja li se jiggradwa b’baċellerat fit-teknoloġija tal-informatika stħarreġ ir-rabta bejn il-valur tal-proprjetajiet u d-distanza tagħhom minn ħwienet li joffru servizzi essenzjali.

Permezz ta’ mudelli teknoloġiċi li bena abbażi ta’ informazzjoni li kiseb minn aġenti tal-proprjetà, hu evalwa kif il-prezzijiet tal-proprjetajiet jistgħu jkunu determinati permezz tad-domanda li hemm fis-suq għalihom. Mir-riċerka, iddetermina li d-distanza ġeografika tal-proprjetajiet minn ħwienet li joffru servizzi essenzjali u servizzi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja, hija fattur kruċjali.

“Bus stops, natural features, shops, supermarkets, convenience shops…anything nearby that would improve the quality of life, so in terms of amenities close to a property, certain people might want a lot of amenities because it’s easier to go to the shops and come back, it’s easier when they live busy lives or certain people might prefer peace and quiet, they wouldn’t want many amenities so that is the relationship that was observed between certain property types and amenities nearby.”

Nathan Grech li se jiggradwa b’baċellerat fl-istess qasam stħarreġ permezz ta’ mudelli teknoloġiċi is-sentimenti ta’ nies li jużaw il-mezzi tal-midja soċjali għal stejjer ta’ xeħta teknoloġika, bħall-Bitcoin, u l-mod kif il-komunitajiet onlajn jirreaġixxu għalihom.

Hu qal li l-investigazzjonijiet tfasslu permezz ta’ mudelli teknoloġiċi li rreġistraw il-kwalità u n-natura tas-sentimenti għal stejjer u prodotti ġodda, b’analiżi biex ikun determinat jekk dawn potenzjalment jirriflettux f’żidiet jew fi tnaqqis fil-valur jew prezzijiet tal-ishma konnessi magħhom.

“Essenzjalment li qed nippruvaw nagħmlu hu li naraw l-affarijiet li jippostjaw in-nies, in-nies x’jaħsbu dwarhom, jekk hux jippostjaw xi ħaġa negattiva, jekk hux qed jiktbu xi ħaġa newtrali jew jekk humiex qed jiktbu xi ħaġa pożittiva dwarhom.”

L-istudenti kienu fost il-grupp ta’ studenti li se jiggradwaw f’livell ta’ Baċellerat u Masters li esebixxew il-proġetti tagħhom fl-esebizzjoni ‘Digital Technology Research & Education for all’, bil-proġetti jkunu mqassma f’ħames temi li huma s-saħħa diġitali, Blockchain u Fintech, Deep Learning, id-data xjentifika, u teknoloġija tas-smiegħ, diskorsi u lingwa.