Kultura
Heritage Malta bi studju f’għelieqi viċin id-Domus Romana

Heritage Malta flimkien mal-Università ta’ South Florida u grupp ta’ Arkeoloġisti Internazzjonali daħlet għall-proġett biex tkun studjata aktar fil-fond iż-żona tad-Domus Romana fir-Rabat. L-għan huwa li permezz tal-informazzjoni li tinġabar isir skavar f’żewġ għelieqi fil-viċinanzi tal-villa li tmur lura madwar elfejn sena.

Proġett imsejjaħ Melite Civitas Romana li huwa mifrux fuq numru ta’ snin ser iwassal biex żewġ għelieqi li jinsabu viċin id-Domus Romana fir-Rabat ikunu skavati. Il-proġett qed isir minn Heritage Malta bil-kollaborazzjoni ta’ arkeoloġisti barranin.

Il-kuratur Daniel Cardona qal “qed nippjanaw li nistudjaw il-fdalijiet tad-Domus Romana u li hemm mad-dawra li ġew skavati fl-1881 kif ukoll bejn fl-1920 u 24 minn Temi Zammit u l-artijiet tad-dawra. Din is-sena preliminari ser tkun qed tinfurmana fejn għandna niskavaw u fejn għandna niffukaw ir-riċerka tagħna biex aħna nifhmu l-kuntest ta’ dawn id-djar Rumani ġewwa l-belt Rumana li kien hawn dak iż-żmien”.

Il-proġett sab il-kollaborazzjoni ta’ arkeoloġisti mill-Univeristà ta’ South Florida u oħrajn mill-International Archaeologists li għandhom in-nies tagħhom u anke ġabu l-apparat meħtieġ biex iwettqu r-riċerka fl-ewwel fażi tal-proġett fosthom b’apparat 3D.

L-arkeoloġisti jinsabu ottimisti li ser isibu aktar residenzi midfuna taħt l-art u ser jagħmlu dak kollu possibbli biex jiskavawhom biex b’hekk jifhmu aħjar dak li seħħ f’dan il-post fl-aħħar elfejn sena.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-gvern fi stqarrija qal li jieħu nota ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta u tal-Prim Imħallef. Għall-ewwel darba fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru qed ineħħi…

Kurżitajiet

L-arti hija kullimkien anke fis-sengħa tal-barbiera. Mhux biss jaqtgħu x-xagħar, iżda jirnexxielhom bi preċiżjoni u paċenzja kbira jnaqqxu personaġġi famużi fuq il-qurriegħa tal-klijenti tagħhom. Niskopru l-ħila ta’ barbier Marokkin, li…

Festi

Dħalna Ħal Luqa fis-skiet li s-soltu ma jkunx qed jiddomina fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju – il-festa tal-patrun Sant Andrija. Ittawwalna wkoll fil-parroċċa dedikata lil dan il-qaddis, li bħal- lum…

Mużika

Il-Valletta Waterfront qed tospita mumenti ċinematiċi u mużikali għall-festival tas-Sajf li qed issir b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’wieħed mill-ewwel festivals kulturali live wara l-waqfa tal-Covid-19. Fl-isfond tax-xenarju mill-isbaħ tal-fortifikazzjonijiet…

Aktar