Kultura
Heritage Malta tiftaħ wirja f’Sant’ Anġlu li timmarka l-40 sena anniversarju minn Jum il-Ħelsien

Heritage Malta inawgurat wirja fl-okkażjoni tal-40 sena minn Jum il-Ħelsien. Il-wirja fil-Forti Sant’Anġlu, twassal rakkonti interessanti li seħħew f’dan il-post li għal bosta snin kien użat mis-servizzi Ingliżi sal-1979.

L-importanza tal-Forti Sant’Anġlu dehret biċ-ċar fit-taqbidiet li seħħew matul is-sekli u saħansitra mill-bidu tas-seklu għoxrin serva bħala bażi navali tal-Flotta Ingliża fil-Mediterran.

Taħt it-tmexxija tal-Ammiraljat, Sant’Anġlu kien jitmexxa bħallikieku kien bastiment fil-promotorju tat-tarf tal-Birgu u mod imponenti fil-Port il-kbir. Kien iservi fost oħrajn bħala akkomodazzjoni temporanja għal fizzjali kien Malta sakemm fil-31 ta’ Marzu, 1979, il-Forti Sant’Anġlu għalaq il-bibien tiegħu mat-tmiem tal-bażi tal-Forzi Ingliżi f’Malta.

Fost il-Maltin li servew taħt l-Ingliżi fil-Forti kien hemm Joseph Grech, li kien stazzjonat f’Sant’Anġlu bejn l-1958 u l-1969.

Joseph Grech qal “dħalt bħala ordinary seaman u spiċċajt bħala petty officer. Ir-rwol tiegħi kien tajjeb ħafna u kelli ħafna stations fejn mort bħala quartermaster, coxwain u kelli ħafna xogħol ta’ importzana u ġieli għallimt ukoll in-new entrance”.

Elaine Zerafa, kienet infermiera stazzjonata f’Sant Anġlu.

Elaine qalet “we treated a lot of sailors who were what we used to call working their ticket because in those days you had to buy yourself out off the navy so a lot were admitted to Bighi with pretend psychiatric or mental problems then would be brought to us at the sick bay here.”

Fl-okkażjoni tal-40 Anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien, Heritage Malta, inawgurat wirja mifruxa f’ħames partijiet tal-Forti Sant’Anġlu fejn il-viżitaturi jistgħu jiskopru l-istorja ta’ dan il-fortifikazzjoni kif spjega l-kuratur Matthew Balzan.

Matthew qal “din il-wirja ‘Behind Closed Doors’ se tikkonsisti fuq aspett uniku tal-istorja tal-Forti Sant Anġlu li jirrigwardja l-perjodu meta kien użat kmir-Royal Navy bejn l-1906 u l-1979. Min se jiġi se jesperjenza kif kienet tintuża l-forti m x’tibdliet sar fiha”.

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici qal li Malta għandha storja li sawret il-poplu Malti. Qal li b’din il-wirja, qed jissaħħaħ il-prodott kulturali lokali. Iċ-Chairman ta’ Heritage Malta, Anton Refalo qal li din il-wirja li se tibqa miftuħa sat-8 ta’ Settembru, tagħti ġieħ ukoll il-kuraġġ tal-poplu Malti fil-mixja tiegħu lejn il-Ħelsien.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ xufiera ta’ coaches dalgħodu rrikorrew għall-kura f’ċentru tas-saħħa wara ħabta fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00am bejn coach tal-Aviaserv u coach tal-AirMalta, li ma kinux qed iġorru…

Xogħol

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, filwaqt li nieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, qal li l-ekonomija tistrieħ fuq il-ħaddiem, u li dan il-premju jirrikonoxxi l-bżulija. Iċ-Chairperson tal-kumitat organizzattiv, Angela Agius, spjegat li…

Kultura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar il-kunċert innovattiv bis-sehem tal-mużiċisti tal-banda, Ħuġġieġa tal-Banda 12th May b’għajnuna ta’ fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għall-proġett Ħuġġieġa,…

Sigurtà

Il-kumpanija ARMS iċċarat li l-ħaddiema tagħha li jintbgħatu jaqraw il-meters tad-dawl u l-ilma jridu jkunu lebsin l-uniformi kif tidher fir-ritratt. TVM infurmat li fl-aħħar ġimgħat xi residenti esprimew tħassib dwar…

Aktar