Storja
Heritage Malta tixtri l-ittra bl-ordnijiet li Napuljun ta biex jibda jippjana l-invażjoni ta’ Malta

Heritage Malta żiedet ġawhra oħra fil-kollezzjoni nazzjonali tagħha. Dan bl-akkwist tal-ittra bl-ordnijiet li Napuljun Bonaparti ta biex jibda jippjana l-invażjoni ta’ Malta fl-1798. L-ittra ta’ Bonaparti nxtrat minn Heritage Malta b’€60,000.

L-ittra li biha Napuljun Bonaparti ta l-kmand lill-Ġeneral Desaix biex jibda jippjana l-invażjoni ta’ Malta fl-1798 issa tista’ titgawda mill-pubbliku. L-akkwist ta’ dan l-artifatt uniku seħħ f’Lulju li għadda hekk kif Heritage Malta ipparteċipat f’irkant organzizat minn Sotheby’s. L-ittra nxtrat minn Heritage Malta b’€60,000. Din l-ittra se tkun qed tiġi esebita fil-ġimgħa ddedikata għas-servizz pubbliku iktar tard dan ix-xahar fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.

Il-kuratur ewlieni tal-Mużew Marittimu, Liam Gauci, qal li din l-ittra hi importanti għax titfa’ dawl fuq il-moħħ strateġiku ta’ Napuljun hekk kif ta struzzjonijiet dettaljati lill-Ġeneral tiegħu biex jaħtaf lill-gżejjer Maltin.

“L-ikbar flotta li qatt kien hawn fil-Mediterran magħquda wara l-battalja ta’ Lepanto kienet se tasal lejn Malta, kien hemm foresta ta’ xwieni biex tibda din l-invażjoni ta’ Malta u din l-ittra tispjega dawn l-affarijiet. Hemm id-dettalji fiha imma wkoll hemm id-dettalji tal-moħħ ta’ Bonaparti ta’ kemm kien intelliġenti, kemm kien bniedem ta’ importanza għall-istorja dinjija u din hi l-ittra l-importanza tagħha. Importanti għal Malta, importanti għall-istorja tal-Mediterran, kif ukoll dik dinjija. Allura aħna qegħdin nitfgħu lil Malta f’dan il-kuntest fejn bdiet ir-rivoluzzjoni u r-rivoluzzjoni kienet se tbiddel id-dinja fl-epoka moderna.”

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Mario Cutajar, qal li din l-ittra ta’ Napuljun hi waħda mill-ħidmiet li qed tagħmel Heritage Malta biex tiġbor l-artifatti storiċi tal-pajjiż. Qal li Heritage Malta mhijiex biss aġenzija li turi l-mużewijiet, imma tfitex hi stess kif ittejjeb l-għarfien tal-istorja ta’ Malta.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Jose’ Herrera, qal li b’din l-ittra Napuljun biddel għal dejjem it-triq ta’ poplu sħiħ. Sostna li dawn l-akkwisti fil-kollezzjoni nazzjonali ta’ Heritage Malta jistimulaw ir-riċerka u d-dibattitu.

Aħbarijiet Oħra

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Aktar