Kultura
Heritage Malta żżid l-aċċessibbiltà – tniedi l-Passaport tal-Kbar

L-anzjani kollha ser jingħataw l-opportunità li jżuru kważi s-siti kollha ta’ Heritage Malta. Dan ser isir billi dawk kollha li għalqu 60 sena jistgħu japplikaw għall-Passaport tal-Kbar li Heritage Malta ħejjiet apposta.

Wara s-suċċess li Heritage Malta kellha bil-passaporti tal-istudenti li jintitolhom għal żjarat fil-mużewijiet u siti ta’ patrimonju nazzjonali, il-Ministeru tal-Kultura ser iwessa’ din l-opportunità biex persuni li għalqu 60 sena jkunu jistgħu jżuru l-postijiet storiċi li jaqgħu taħt Haritage Malta barra l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni.

ll-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit, qal li huwa ta’ sodisfazjon li bil-passaport żdiedu bl-eluf il-Maltin li żaru diversi postijiet storiċi għax kull student jista’ jieħu miegħu żewġ adulti.

Noel Zammit qal “marru ‘l fuq minn 40,000 ruħ fil-mużewijiet u siti tagħna u bbenefikaw mill-passaport. Sa issa nġabru kważi 10,000 passaport u kull wieħed intuża aktar minn darba fil-mużewijiet u s-siti . Għamilna attivitajiet relatati mal-passaport u r-rispons kien eċċezzjonali”.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li qal li l-aċċessibilità li ser tingħata lill-anzjani b’dan l-passaport ser tkompli iżżid l-apprezzament tal-patrimonju kulturali u tal-identità Maltija.

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li b’dan il-passaport il-wirt kulturali jista’ jitgawda ferm aktar mill-anzjani.

Owen Bonnici qal “b’hekk ser inkunu qed inħottu darba għal dejjem il-ħitan li seta’ kien hemm bejn is-siti patrimonjali. Aħna jidhrilna li b’dan il-mod ser inkabbru l-aċċess għall-patrimonju kulturali. Qed nagħtu opportunità li noħolqu memorji fejn għandek ġenerazzjonijiet differenti li qed jgħixu flimkien esperjenza sabiħa kif ukoll qed inżidu l-apprezzament lejn il-valur storiku.”

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li ser jinfetħu l-bibien mingħajr ħlas f’27 sit storiċi anke biex l-anzjani jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-ġenerazzjonijiet li tilgħin.

L-applikazzjonijiet għall-passaport tal-kbar jistgħu jinkisbu mill-Kunsilli Lokali.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Fl-aħħar sentejn sar b’aktar minn miljun Ewro f’xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fi 32 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern f’Ħal Qormi. Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li b’dan l-investiment…

Trasport

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’arranġament ma’ Transport Malta, se jiġi offrut is-servizz ta’ trasport b’xejn aktar kmieni mis-soltu, is-Sibt 25 ta’ Mejju. Dan qiegħed isir biex jiġi ffaċilitat…

Elezzjoni

L-FKNK fi stqarrija ħeġġet lill-kaċċaturi u nassaba u l-familji tagħhom ma jastjenux milli jivvutaw nhar is-Sibt li ġej. Dan l-għaqda qalitu għaliex temmen li biex jissolvew il-problemi li nħolqu għad-delizzju tal-kaċċa…

Elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment illum sal-10pm u għada mit-8am sa nofs il-lejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali. Għall-votanti rreġistrati…

Aktar