Politika
AĠĠORNAT: Hermann Schiavone jissospendi ruħu mill-grupp parlamentari tal-PN

Id-deputat Hermann Schiavone qal li ssospenda lilu nnifsu mill-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista wara l-kontroversja li nqalgħet fuq il-laqgħa tiegħu ma’ Yorgen Fenech, li huwa sid il-kumpanija 17 Black.

Għal din il-laqgħa Schiavone kien akkumpanjat mid-deputat Kristy Debono.

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista, inqtal li l-Kap tal-partit Adrian Delia, aċċetta s-sospensjoni tad-Deputat Schiavone.

Fl-ittra li Hermann Schiavone bagħat lil Dr Delia, huwa qal li kellu l-intenzjoni li jorganizza konferenza politika bla profitt, li għaliha fittex sala tal-konferenzi bla ħlas.

Qal li kien għamel appuntament ma’ direttur ieħor ta’ Tumas Group imma fl-aħħar ħin kien riferut lis-Sur Fenech. Żied jgħid li d-deputat Debono ma kinitx infurmata b’dan it-tibdil, u li waqt din il-laqgħa kienet ġiet diskussa biss il-konferenza.

Id-deputat Schiavone qal li għalkemm iħoss li m’għamel xejn ħażin, se jerfa’ r-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ attenzjoni, u għalhekk għażel li jissospendi ruħu, filwaqt li talab lill-partit jinvestiga l-aġir tiegħu.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li bit-tmexxija ta’ Dr Delia, il-PN hu partit maqsum li jieħu azzjonijiet finta biex jipprova jaħbi l-inkwiet intern.

Il-PL qal li fuq naħa hemm klikka tattakka dak kollu li ġej mill-Kap tal-Partit u fuq in-naħa l-oħra hemm klikka li tivvinta l-iskużi u taġixxi b’mod finta biex tipprova ssalva lill-Kap.

Sostna li huwa ċar li din is-sospensjoni qed tintuża biss għalissa biex id-deputati tal-PN ma jibqgħux jitgħajru fil-miftuħ ġimgħat qabel appuntament elettorali.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Dr Delia dwar il-laqgħa ta’ deputati tal-PN mas-sid ta’ 17Black

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar