Lokali
Ħidma bejn żewġ entitajiet għal proċess issimplifikat ta’ applikazzjoni għal permess tar-residenza

Ħidma flimkien bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Aġenzija Identity Malta se jwassal biex ikun issimplifikat il-proċess biex jinħareġ il-permess tar-residenza lill-ħaddiema barranin li jkollhom l-kuntratt tal-kera rreġistrat mal-Awtorità tad-Djar skont il-liġi l-ġdida.

F’laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ dawn l-entitajiet, il-Ministru Roderick Galdes u s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qalu li din il-ħidma se twassal għal inqas burokrazija u iktar effiċjenza.

Intqal li bil-liġi l-ġdida tal-kirjiet, Identity Malta se tibda titlob l-ittra ta’ approvazzjoni li tinħareġ mill-Awtorità tad-Djar li tassigura li l-applikanti jkollhom titlu sigur fuq kull kuntratt ta’ kirja residenzjali biex biha japplikaw għall-permessi biex ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu f’Malta.