Ħidma biex il-festi jsiru wirt dinji tal-UNESCO

Il-Gvern waqqaf kumitat li se jħejji rapport dwar il-festi tal-bliet u l-irħula bil-għan li dan il-wirt kulturali intanġibbli jsir wirt nazzjonali u possibilment wirt dinji tal-UNESCO.

Id-deputat Godfrey Farrugia se jmexxi dan il-kumitat flimkien ma’ bosta esperti fosthom il-Professur Oliver Friggieri.

Dr Farrugia qal li l-festi minbarra l-lat reliġjuż għandhom id-dimensjoni soċjali għax festa hi manifestazzjoni ta’ nies u gieħ għall-qaddis.

Qal li l-festa tgħaqqad komunità sħiħa li għanda l-identità tagħha.

Dr Farrugia qal li b’tim ta’ sitta min-nies il-kumitat se jikkonsulta kontinwament.

Minn naħa tiegħu l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li f’dan l-eżerċizzju l-knisja u d-dilettanti tal-festa huma kruċjali.

Il-kumitat irid jippreżenta r-rapport tiegħu sa Ġunju li ġej.