Lokali
Ħidma biex Malta tiftaħ konsulat fil-belt ta’ Benghazi fil-Libja

Bdew it-tħejjijiet biex Malta tiftaħ konsulat fil-belt ta’ Benghazi fil-Libja.

Fi żjara minn delegazzjoni Maltija fil-Libja saru diversi laqgħat fosthom mas-Sindku ta’ Benghazi, mal-Kamra tal-Kummerċ u mal-bord ewlieni li jikkordina l-investiment f’din il-belt fil-Lvant tal-pajjiż. Fuq l-aġenda: koperazzjoni fil-qasam marittimu, il-kostruzzjoni u l-iżvilupp tat-teknoloġija, l-enerġija rinovabbli fost oħrajn.

Id-delegazzjoni tmexxiet mis-Segretarju Permanenti għall-Affarijiet Barranin, Christopher Cutajar.