Storja
Ħidma biex tiġi rrestawrata villa li għexet fiha r-Reġina Eliżabetta II

Heritage Malta tinsab f’kuntatti mal-Familja Rjali dwar proġett biex Villa Guardamangia, fejn għal tliet snin kienet ir-residenza tar-Reġina Eliżabetta II, tiġi akkwistata mingħand il-privat biex tinbidel f’mużew.

Ir-Reġina Eliżabetta II u d-Duka ta’ Edinburgh qattgħu l-ewwel snin taż-żwieġ tagħhom joqogħdu f’Villa Guardamangia, bejn l-1949 u l-1951, meta d-Duka kien stazzjonat Malta. Fi kliem ir-Reġina li reġgħet żaret il-Villa fl-1992, iż-żmien li qattgħet f’din il-villa kien l-aktar żmien ta’ kuntentizza għaliha.

Il-Villa maġenb l-Isptar San Luqa, tinsab fi stat ta’ telqa kbira. Fost oħrajn, il-pont li fih jidhru mixjin ir-Regina u żewġha, jidher imfarrak. Is-sindku tal-Pietà, Keith Tanti, spjega li waqt iż-żjarat tar-Regina f’Malta, fl-2007 u fl-2015, hija stess b’sens ta’ nostalġija wriet ix-xewqa li żżur din id-dar .

“Dakinhar aħna konna ħadna l-inizjattiva u ktibna mill-ewwel lill-Gvern biex ngħidulu li prattikament mhix f’pożizzjoni denja li r-Regina żżur din il-Villa” qal is-Sindku.

Fl-aħħar erba’ snin Heritage Malta bdiet tiġbor l-informazzjoni dwar Villa Guardamangia. Il-Kap tal-operat ta’ Heritage Malta, Kenneth Gambin, qal lil TVM li l-Gvern jixtieq jakkwista din il-proprjetà biex tiġi restawrata.

Kompla jgħid li “barra min hekk hemm taħditiet mal-Familja Rjali biex naraw x’interess tanġibbli jista’ jkun hemm tal-Familja Rjali biex tappoġ[ja lill-Gvern f’dan il-proġett. Saret stima preliminari, sar survey ta’ kemm jista’ jiswa’ r-restawr biex il-binja li tinsab fi stat ħażin tiġi restawrata u t-taħdidiet għadhom għadejjin.”

Is-sur Gambin spjega li l-pjan huwa li din il-proprjetà tinbidel f’mużew tal-istorja kolonjali.

Qal “kieku dan kollu jseħħ id-dar tinfetaħ ukoll bħala historic house, isir tentattiv biex jiġi replikat kif kien fis-snin 50 meta kien hawn ir-Reġina imma mbagħad nieħdu spunt biex nispjegaw l-istorja tal-kuntatti u l-Familja Rjali tul is-snin.”

Villa Guardamangia nbniet fil-bidu tas-seklu għoxrin u għalkemm bħalissa hija propjetà privata, għajnejn Heritage Malta hija li ssib l-appoġġ anke possibilment tal-Familja Rjali għal proġett tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar