Lokali
Ħidma biex tinfetaħ ambaxxata Maltija fl-Amerika t’Isfel u fil-Marokk

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li Malta qed timmira li tiftaħ l-ewwel ambaxxata f’pajjiż tal-Amerika ta’ Isfel, iżda ma żvelax il-pajjiżi li qed ikunu kunsidrati.

“Bħalissa qed niddiskutu fejn, u nfakkar li f’dan il-kontinent Malta hija assenti b’mod diplomatiku u jkun tajjeb li mhux biss politiku imma naraw li nattiraw investiment lejn pajjiża u nsostnu kumpanniji bbażati f’Malta”.

Il-Ministru Abela semma’ wkoll ħidma biex jinfetaħ Konsulat Ġenerali f’Casablanca l-Marokk u ohra f’Tokyo l-Ġappun li mistennija li tinfetaħ s-sena d-dieħla.

Is-sur Abela żied jgħid li l-ambaxxata fil-Ġappun tkattar ir-relazzjonijiet kummerċjali u semma’ li t-turisti Ġappuniżi f’Malta li qed jiżdiedu jonfqu medja ta’ elf u sitt mitt ewro f’kull żjara u li l-esportazzjoni minn Malta għall-Ġappun telgħet għal mija u ħamsin miljun ewro.

Il-Ministru Abela qal li mill-bidu tal-leġiżlatura l-Ministeru fetaħ ambaxxata kull sena, fosthom fil-Ghana. Semma’ wkoll l-impenn biex is-sena d-dieħla jiżdiedu r-riżorsi umani fl-ambaxxata ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York fost prospetti tajbin li Malta tikseb siġġu mhux permanenti fuq il-Kunsill tas-Sigurtà għal sentejn bejn l-2023 u l-2024.

Il-Ministru Abela qal li l-ftuħ tar-rappreżentanzi diplomatiċi qed isservi ta’ għajnuna konsolari lill-Maltin u lill-kommunità kummerċjali li l-Ministeru jippromovu wkoll b’missjonijiet kummerċjali bħala parti mill-ħidma tiegħu għal promozzjoni tal-kummerċ.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar