Lokali
Ħidma biex titwaqqaf aġenzija li tinvestiga l-inċidenti tat-traffiku

Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali qed jaħdem fost oħrajn għat-twaqqif ta’ Awtorità tal-Bini u Kostruzzjoni li ser tiġbor fi ħdan erba’ entitajiet dwar l-industrija tal-Bini, u t-twaqqif ta’ aġenzija bl-inkarigu li tinvestiga inċidenti tat-traffiku li ser tkun responsabbli tipproponi tibdil fit-toroq biex jonqsu l-inċidenti. Dettalji dwar dawn l-inizjattivi u oħra tal-Ministeru ngħataw f”konferenza għal ufficjali għolja tal-Ministeru bħala parti mill-ħidma tas-servizz pubbliku li jtejjeb il-kordinazzjoni interna.

Fost il-prijoritajiet tal-Ministeru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali għas-sena d-dieħla hemm it-twaqqif ta’ Awtorità ġdida tal-bini u l-kostruzzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li din l-Awtorità li ser titwaqqaf wara li sar proċess ta’ konsultazzjoni għandha tkun ir-regolatur tal-industrija u fiha ser ikun hemm il-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini, l-Uffiċċju għar-regolamenti tal-bini, il-bord għar-regolamenti tal-bini, u l-bord tal-bennejja.

Dr Borg qal li b’hekk ser tkun indirizzata l-problema tal-fragmentazzjoni u l-awtorità tkun tista’ tindirizza aħjar l-aspettativi tal-pubbliku anke l-ilmenti li jqumu minħabba ċerti xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Trasport, Christopher Cutajar, qal li inizjattiva oħra tal-Ministeru għandha l-għan li tara x’jista’ jsir biex jonqsu l-inċidenti tat-traffiku.

Christopher Cutajar qal “qegħdin naħdmu sabiex it-transport safety investigations agency, li se tkun qiegħda titwaqqaf, tuża dak li jissejjaħ safe system approach, jiġifieri li naraw kemm jista’ jkun fit-toroq tagħna jkollna inġinerija tajba biżżejjed illi biha nevitaw il-fatalitajiet u dawk li jiġu mweġgħin serjament”.

Is-sur Cutajar ħabbar ukoll li l-Ministeru qed jaħdem id f’id mal-awtoritajiet Ċiprijotti li jitwaqqaf unit għall-immaniġġjar taż-żona kostali. Fil-programm ta’ ħidma għas-sena d-dieħla, il-Ministeru tat-Trasport barra li ser jissokta b’diversi proġetti u interventi fuq in-network tat-toroq u l-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex ser jaħdem fuq id-diġitalizzazzjoni tar-reġistru tal-artijiet.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-suq tal-propjetà, Chris Agius, qal li dawn ix-xogħlijiet iwasslu biex il-pajjiż ikun iżjed modern. Is-Segretarju Permanenti ewlieni, Mario Cutajar, stqarr li dawn il-laqgħat mal-ogħla uffiċjali fil-Ministeru huma meħtieġa biex ikun hemm ippjanar u l-kordinazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar