Temp
AĠĠORNAT: Id-delettanti tal-karnival se jingħataw kumpens minħabba l-ħsara li ħalla warajh il-maltemp

Il-Ministru Owen Bonnici qal li d-dilettanti tal-Karnival rnexxielhom ipoġġu l-karrijiet tal-karnival f’post sigur. Qal li se l-Ministeru se jara kif se jgħin lid-dilettanti b’mod finanzjarju għad-danni li sofrew minħabba l-maltemp.

Intant il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana rringrazzjat lill-ħaddiema kollha tal-Ministeru għal Għawdex, lill-membri tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili u l-ELC għall-ħidma u l-impenn li qed juru biex jiżguraw li f’Għawdex jitneħħa l-periklu fit-toroq b’konsegwenza tal-maltemp.Irringrazzjat ukoll  lill-ħaddiema tal-Gozo Channel li għalkemm qed jiffaċċjaw elementi qawwija, xorta waħda qed juru impenn u lealtà lejn il-kumpanija, tant hu hekk li s-servizz tal-vapur bejn il-gżejjer ma nqatgħax.

Il-Ministeru għal Għawdex jixtieq javża li bħala prekawzjoni, l-Kumpless Sportiv tar-Rabat, il-ġonna pubbliċi tal-Villa Rundle, kif ukoll iċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija fix-Xewkija huma magħluqa għall-pubbliku.

Aġġornamenti qed jingħataw fuq www.mgoz.gov.mt u Mygozo, filwaqt li kull min irid jagħmel rapport dwar ħsarat u għajnuna għandu jagħmel dan fuq in-numru ‪79890019.

Ara wkoll:

ARA: Possibiltà ta’ evakwazzjoni tan-nies fil-Balluta