Lokali
Ħidma mal-Kunsilli Lokali biex tissaħħaħ l-integrazzjoni

Sena wara li ġiet varata l-istrateġija nazzjonali dwar l-integrazzjoni, il-Ministeru tal-Ugwaljanza, nediet charter biex bis-sħubija fost oħrajn mal-Kunsilli Lokali jissaħħaħ il-kunċett tal-integrazzjoni. Fil-preżentazzjoni taċ-charter waqt konferenza dwar l-integrazzjoni, il-Ministru Helena Dalli qalet li dan iċ-charter ikompli jsaħħaħ il-kisbiet li saru f’dal-qasam fosthom b’miżuri li jtejbu l-aċċess għas-servizzi pubbliċi kif ukoll jagħti spinta lit-tagħlim tal-lingwa Maltija u l-orjentazzjoni kulturali.

Tkompli l-ħidma tal-Ministeru tal-Ugwaljanza biex titwettaq l-istrateġija tal-integrazzjoni maħsuba biex komunitajiet barranin f’Malta jkunu integrati fis-Soċjetà Maltija. F’konferenza dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija li ġiet organizzata mid-direttorat għad-drittijiet u l-integrazzjoni, ġew spjegati l-miżuri li ttieħdu s’issa speċjalment biex il-barranin jitgħalmu l-lingwa Maltija. Il-kap tal-unit imwaqfa apposta fi ħdan id-direttorat biex taħdem favur l-integrazzjoni Alex Tortell, qal li l-istrategija tal-integrazzjoni trid titwettaq bil-koperazzjoni fost oħrajn tal-Ministeri kollha u anke tal-Kunsilli Lokali.

Alexander Tortell qal “illum nedejna l-local integration charter li hija ħidma mal-kunsilli lokali u l-assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex navvanzaw l-integrazzjoni fuq livell lokali, bdejna wkoll il-pjan intraministerjali tal-integrazzjoni. Dan huwa li l-ministeri kollha jkollhom miżuri li jkunu integration friendly sabiex il-klijenti tagħhom li huma ta’ oriġini barranija jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi tagħhom b’mod regolari.

Is-sur Tortell qal li miżura oħra hija li jibda djalogu bejn il-Maltin u l-barranin biex iż-żewġ naħat jifhmu aktar lil xulxin biex ikunu indirizzati t-tensjonijiet li kultant jinħolqu. Fisser li bosta residenti barranin qed juru r-rieda li jadattaw ruħhom għal kultura Maltija fost oħrajn bl-interess tagħhom li jitgħalmu l-Malti.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet lid-Direttorat impjega l-ewwel grupp ta’ uffiċjali tal-integrazzjoni. Dr Dalli qalet li l-Unit għall-Integrazzjoni qed jipproponi aktar minn 50 miżura f’ministeri differenti fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjiegi. Spjegat li numru ta’ Kunsilli Lokali diġà ffirmaw iċ-Charter biex flimkien mad-Direttorat titwettaq il-politika nazzjonali dwar l-integrazzjoni. Dr Dalli qalet li b’hekk Malta tkun qed twettaq ukoll l-obbligi tagħha f’dak li huma drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar