Barranin
Ħin iqsar quddiem it-televiżjoni jista’ jfisser inqas ċans li timrad b’qalbek

Li tillimita l-ħin quddiem it-televiżjoni jew ‘screens’ oħra għal sagħtejn kuljum jista’ jissarraf biex jiġu evitati jew ittardjati l-problemi tas-saħħa, b’mod speċjali l-mard kardjovaskolari u l-kanċer.

Dan ħareġ minn studju li sar mill-università ta’ Glasgow, li sab li dawk l-inqas li mardu b’dawn il-kundizzjonijiet kienu dawk li jqattgħu sagħtejn jew inqas quddiem it-televiżjoni.

L-istudju sar ma’ kważi nofs miljun persuna ta’ bejn 37 sena u 73 sena fuq perjodu ta’ tnax-il sena.

Ir-riżultati jindikaw li kieku l-parteċipanti kollha qattgħu mhux iktar minn sagħtejn kuljum quddiem it-televiżjoni, 5.62% tal-imwiet kollha u 7.97% tal-imwiet b’mard kordjovaskolari setgħu potenzjalment jiġu evitati jew posposti.

Intqal ukoll li hemm rabta mal-ikel mhux daqstant bnin li jittiekel fil-ħin quddiem it-televiżjoni u anki d-dħul finanzjarju baxx tal-persuni, mal-ħin quddiem it-televiżjoni u l-istat ħażin tas-saħħa.

Ir-riċerkaturi qalu li dawk li ma tantx jagħmlu attività fiżika huma li l-iktar se jibbenefikaw, jekk fil-ħin liberu jmorru mixja jew jagħmlu xi eżerċizzju, minflok jagħmlu ħin twil bilqegħda quddiem it-televiżjoni.

Alternattiva għal min jixtieq jara t-televiżjoni u ma tantx għandu ħin disponibbli, hija li jgħaqqad iż-żewġ attivitajiet flimkien, billi talanqas jagħmel l-eżerċizzju waqt li jkun qed jara t-televiżjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta’ persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f’Aberdeenshire fl-Iskozja. S’issa l-għadd ta’ fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati. Hu rrappurtat li l-ferrovija…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Barranin

Il-kandidat demokratiku fl-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, Joe Biden għażel lis-Senatur Kamala Harris biex takkumpanjah bħala Viċi President. Hija l-ewwel mara ta’ karnaġon skur u Ażjatika Amerikana għal dan l-irwoll. Is-Senatur…

Barranin

L-akbar belt f’New Zealand tinsab f’lockdwon wara li ġew reġistrati erba’ każi ġodda ta’ COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ. Il-lockdown ta’ tlett ijiem daħal fis-seħħ f’Auckland…

Aktar