Kurżitajiet
Ħin twil fuq Facebook ma jaffetwax il-kuntentizza tal-adolexxenti

Studju li sar fuq adolexxenti fir-Renju Unit sab li l-effett tal-midja soċjali fuq il-kuntentizza tagħhom huwa wieħed minimu.

L-istudju sar bejn l-2009 u l-2017 minn riċerkaturi fl-Universita ta’ Oxford, u inkluda 12,000 persuna li għandhom bejn 10 snin u 15-il sena.

Ir-riżultati wrew li r-rabta bejn il-kuntentizza u l-użu tal-midja soċjali fl-adolexxenti tammonta għal inqas minn 1%, u għalhekk ir-riċerkaturi qalu li l-ġenituri m’għandhomx jinkwetaw ħafna fuq l-ammont ta’ ħin li uliedhom iqattgħu quddiem l-iscreen.

Ir-riċerkaturi qalu dan huwa l-ewwel pass, u li l-pass li jmiss huwa li jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-kumpaniji tal-midja soċjali biex jaraw liema huma l-adolexxenti li jistgħu jkunu f’riskju ikbar ta’ ċertu effett mill-midja soċjali, u jiskopru fatturi oħra li qed jaffetwawlhom il-kuntentizza.

Qalu li l-industrija għandha tippubblika l-informazzjoni dwar il-mod kif l-utenti jużaw l-apps, u mhux biss il-ħin li jqattgħu fuqhom, bil-għan li jgħinu r-riċerka indipendenti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Barranin

Mara fit-Turkija li kienet qed issiefer għall-ewwel darba ppruvat titla’ fl-ajruplan mill-conveyor belt tal-bagalji. Il-każ seħħ f’ajruport ġdid f’Istanbul, fejn l-inċident imbarazzanti ta’ din il-passiġġiera nqabad fuq filmat minn kamera…

Aktar