Annimali
Ħolqu għadajjar artifiċjali u ħbew ix-xbieki biex jonsbu

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment.

Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa u għasafar akwatiċi oħrajn.

Ix-xbieki moħbija nkixfu bis-saħħa ta’ filmati li ttieħdu mill-ajru, flimkien ma’ voluntarji li kienu qegħdin għassa għal kwalunkwe attività illegali.

Dawn is-siti kienu kollha mgħammra bi xbieki kbar u għadajjar artifiċjali biex jiġbdu lejhom l-għasafar akwatiċi.

Nassab saħansitra nqabad fil-fatt f’għelieqi tas-Siġġiewi fejn kien qed juża sandbar artifiċjali u għasafar oħrajn maqfulin f’gaġġa biex ikompli jonsob.

Dawn il-każijiet kollha ġew irrapportati lill-pulizija li min-naħa tagħhom ikkonfiskaw xi tagħmir filwaqt li qegħdin ifittxu raġel ta’ 40 sena li nqabad mill-CABS b’filmat waqt li kien qed jonsob l-għasafar f’Ħad Dingli.

Ir-raġel kien qed juża xibka ta’ 30 metru, Ċewċewwa maqfula f’gaġġa u tagħmir illegali li jsejjaħ lill-għasafar (electronic bird caller).

Nassab ieħor f’Birżebbuġa nqabad ukoll fil-fatt jonsob illegalment u ġie arrestat mill-pulizija.

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Stejjer Umani

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint…

Agrikultura

Ras għal ras il-Maltin huma t-tieni l-aktar li jiġġeneraw skart fid-djar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Skont ċifri tal-Eurostat, kull Malti jiġġenera medja ta’ 647kg skart fis-sena. Jaqbżuna biss id-Daniżi li jiġġeneraw…

Aktar