COVID-19
Hong Kong b’miżuri kontra l-coronavirus minħabba l-firxa tat-tielet mewġa

Hong Kong reġa’ daħħal fis-seħħ miżuri stretti biex tinżamm id-distanza soċjali fl-isfond tat-tielet mewġa ta’ coronavirus li qed tinfirex mal-belt.

Il-passiġġieri kollha fuq it-trasport pubbliku huma obbligati li jilbsu maskra. Ristoranti ma jistgħux iservu klijenti ġewwa bejn is-6 p.m. u l-5 a.m. filwaqt li l-ħwienet tax-xorb ingħalqu għal kollox.

In-nies ma jistgħux jinġabru f’ġemgħat ta’ aktar minn erbgħa u postijiet bħal gyms, ħwienet ta’ sbuħija u theme parks, reġgħu ingħalqu.

Esperti tas-saħħa pubblika qed jgħidu li din it-tielet mewġa ta’ infezzjoni li qed tinfirex f’Hong Kong hija l-agħar waħda s’issa.

Bejn il-5 u l-11 ta’ Lulju ġew irreġistrati 173 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Hong Kong li minnhom 107 ġew trasmessi lokalment.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa llum ħabbru numru rekord ta’ każijiet, dak ta’ 72. Dan huwa l-ogħla numru ta’ każijiet sa mill-bidu tal-pandemija mill-bidu ta’ Marzu lil hawn. L-għadd ta’ testijiet kien it-tieni…

Barranin

Eluf ta’ Ingliżi li kienu Franza fuq btala qatgħu l-btala tagħhom ħesrem u reġgħu lura l-Ingilterra fi sforz biex jevitaw il-miżuri ta’ kwarantina li l-Gvern Ingliż impona fuq kull min…

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar