Ħruġ ġdid b’irkant ta’ Stock tal-Gvern b’rata tal-imgħax fissa

​L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €60,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta’ €40,000,000 kif ġej:

(i) 0.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2025 (II), u

(ii) 1.85% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III) Fungibility Issue, jew

(iii) f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ €60,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f’offerti b’irkant għal minimu ta’ €500,000 u multipli ta’ €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa s-17 ta’ Lulju, 2019 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess jum jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta’ e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210 jew jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, il-Furjana.

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta’ kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara immedjatament il-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

L-Accountant General se jħabbar linji gwida indikattivi dwar l-ipprezzar permezz ta’ stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta s-16 ta’ Lulju, 2019 li tkun tikkonsisti minn firxa indikattiva ta’ spreads fuq ir-rati tal-euro mid-swap li jirriflettu b’ mod wiesa’ l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju taż-0.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2025 (II) u tal-1.85% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2029 (III).

Aktar tagħrif dwar dawn l-iStocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta’ Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-pandemija tal-Coronavirus biddlet il-ħajja tan-nies f’leħħa ta’ berqa. Din il-bidla iżda kienet iktar diffiċli għall-persuni bl-awtiżmu li jsibuha iktar iebsa biex jibdlu r-rutina tagħhom f’daqqa. Fil-Jum Dinji tal-Awtiżmu, omm ta’…

Saħħa

L-imxija tal-Covid-19 ħalliet ukoll il-marka tagħha fuq id-dentistrija. Id-dentisti qed jaraw biss l-pazjenti għal emerġenzi, bi kważi tliet kwarti tal-proċeduri li s-soltu jagħmlu kellhom jiġu posposti. TVM iltaqa’ ma’ żewġ…

Lokali

Ilbieraħ filgħaxija kull min inzerta fl-inħawi tal-bypass ta’ Birkirkara, San Ġwann u l-Għargħur lemaħ mixgħela fis-smewwiet bħala apprezzament għall-ħidma tal-ħaddiema kollha tas-saħħa li huma fuq quddiemnett fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Fl-inizjattiva…

Trasport

Proġetti identiċi fix-xtut ta’ Bormla u ta’ Tas-Sliema. Infrastracture Malta qed tibni żewġ faċilitajiet li se joffru servizz aħjar u aktar effiċjenti għat-trasport bil-baħar minn u lejn il-Belt. Fix-xatt ta’…

Aktar