Lokali
AĠĠORNAT: Ħruġ ta’ fjuwil f’pompa joħloq konġestjoni f’Tal-Barrani

Ħruġ ta’ fjuwil f’pompa tal-petrol fit-triq tal-Barrani fiż-Żejtun għall-ħabta tad-9.30 ta’ dalgħodu ħoloq konġestjoni ta’ traffiku.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Mill-ewwel tagħrif jidher li l-fjuwil infirex għal diversi metri, iżda ma ħariġx għal ġot-triq. Madanakollu s-sewwieqa ġew mitluba biex jevitaw iż-żona.

Għall-ħabta tal-10.30 is-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal u t-triq infetħet kompletament.