Lokali
Ħsarat f’cables iwasslu għal qtugħ ta’ dawl

Enemalta plc qalet li l-qtugħ ta’ dawl li seħħ fl-aħħar sigħat kien riżultat ta’ ħsarat li seħħew f’uħud mill-cables tal-High Tension li jiffurmaw parti min-network ta’ distribuzzjoni.

Fi stqarrija, l-Enemalta qalet li lbieraħ u kmieni dalgħodu, dawn il-ħsarat affettwaw diversi lokalitajiet kemm fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż kif ukoll oħrajn fin-naħa t’isfel. Fl-istess waqt kien hemm xi lokalitajiet affetwati fil-gżira Għawdxija.

Qalet li filwaqt li l-provvista tal-elettriku reġgħet lura għan-normal, il-ħaddiema ta’ Enemalta plc kienu u għadhom għaddejjin b’ħidma biex dawn il-ħsarat jissolvew fl-iqsar ħin possibbli.

L-Enemalta ma teskludix li jkun hemm mumenti qosra ta’ interruzzjoni f’ċerti lokalitajiet hekk kif ikunu qed jiġu ffinalizzati t-tiswijiet.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar