Kronaka
FILMAT: Ħsarat fil-faċċati tal-bini wara li karozza ħadet in-nar fiż-Żejtun

Ħadd ma weġġa’ meta karozza ħadet in-nar u ġarrbet ħsarat estensivi fi Triq it-Tamburin, iż-Żejtun, ilbieraħ filgħaxija.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li n-nirien u d-dħaħen ikkawżaw xi ħsarat f’residenzi u ħwienet li kienu qrib il-karozza.

Il-Maġistrat Marseann Farrugia nħatret biex tinvestiga l-kawża tan-nirien u l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.