Ekonomija u Finanzi
HSBC Malta bi qligħ ta’ €30.7 miljun qabel il-ħlas tat-taxxa

Il-bank HSBC f’Malta ħabbar li s-sena l-ohra għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ €45.3 miljun, żieda ta’ 24% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Mill-qligħ irid jitnaqqas is-€16-il miljun għar-ristrutturar li qed isir bħala parti mill-pjan strateġiku li tħabbar f’Ottubru li għadda fosthom it-tnaqqis l-gheluq ta’ fergħat u enfasi akbar fuq is-servizzi diġitali.

Fil-preżentazzjoni tar-riżultati finanzjarji għas-sena li għaddiet, il-Kap Eżekuttiv tal-bank, Andrew Beane qal li b’hekk il-qligħ rappurtat qabel it-taxxa hu ta’ €30.7 miljun, tnaqqis ta’ €7.8 miljun meta mqabbel mal-2018. Is-Sur Beane fisser il-prestazzjoni tal-bank bħala b’saħħitha ħafna u mmotivata minn pjan fit-tul.

“We needed to re-organise to ensure we meet the highest standards in the financial system and we’ve seen for the country just how important that is, a foundation which we’ve been able to build a strong house and that’s been our focus over the past year and it enabled to launch new things for customers example I know people were concerned about how easy it is to open a bank account in Malta, last year our bank account volumes went up by 60%”.

Il-bank irrapporta li fl-2019, is-self lill-klijenti żdied b’ħamsa fil-mija għal €3,257 miljun waqt li d-depożiti żdiedu bi tnejn fil-mija għal total ta’ €4,977 miljun. Id-diretturi ta’ HSBC rrakkomandaw dividend gross lill-azzjonisti ta’ żewġ ċenteżmi punt wieħed għal kull sehem li jitħallas f’nofs April li ġej.

Mistoqsi dwar l-andament tal-ekonomija Maltija u l-prospetti għal din is-sena, is-Sur Beane qal li r-r-rapporti tal-aġenziji ta’ kreditu tal-aħħar jiem huma inkoraġġanti ħafna iżda jeħtieġ l-implimentazzjoni ta’ aktar riformi.

“We’ve seen many rating agencies have reported in recent weeks is really positive and that can give us all confidence, what is important beneath those numbers is that we see real progress this year to implement the financial crime standards in the system has been the subject of much attention in the media and from international supervisory bodies such as Moneyval, everybody has to play by the same rules and we have to prove and demonstrate that here in Malta our financial system is operating by them as well”.

Is-Sur Beane ma kkumentax fuq id-deċiżjoni ta’ HSBC Holdings li ħabbar li madwar id-dinja se jirrevedi l-operat tieghu fl-Ewropa u l-Istati Uniti f’riforma radikali li se twassal biex fit-tliet snin li ġejjin, l-impjegati jonqsu b’35,000. Il-bank qal li dan se jseħħ l-aktar minħabba riżultati diżappuntanti fl-Ewropa u l-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar