COVID-19
HSBC Malta iniedi inizjattivi ta’ finanzjament kummerċjali biex jappoġġja negozji milquta mill-Covid-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil fil-katina tal-provvista (supply chain), inkluż dewmien biex jirċievu merkanzija u pagamenti.

L-ewwel miżura hi estensjoni ta’ 90 jum fuq id-dati tal-maturità tas-Self tal-Kummerċ (Trade Loan maturity dates) li qed tkun proposta biex tassisti klijenti minħabba dewmien osservat fl-industrija biex jirċievu merkanzija u/jew bejgħ/ħlasijiet mingħand debituri.  It-tieni miżura hi estensjoni ta’ 90 jum fuq il-perjodu ta’ finanzjament ta’ ħlasijiet ta’ Finanzi Riċevibbli (Receivables Finance dues) li se tevita li klijenti jerġgħu jħallsu l-fondi meta l-invoices jkunu qabżu d-data dovuta, u b’hekk issa jistgħu jnaqqsu aktar il-pressjoni fuq il-likwidità tagħhom.

Dawn l-inizjattivi ġodda jibnu fuq l-appoġġ diġà fis-seħħ għall-klijenti tan-negozju milquta mill-Covid-19, inklużi capital repayment holidays, it-tneħħija tal-miżata għal working capital funding temporanju fuq żmien qasir, ipproċessar aktar mgħaġġel fuq il-ħruġ ta’ shipping guarantees u eżenzjoni minn ħlasijiet għall-ipproċessar urġenti, kif ukoll eżenzjoni minn ħlasijiet għal emendi fuq Ittri ta’ Kreditu milqutin minn dewmien.

Termini u kundizzjonijiet speċifiċi jistgħu japplikaw fuq il-miżuri ta’ appoġġ disponibbli. Għal aktar tagħrif, persuna tista’ tikkuntattja lill-HSBC Malta billi tibgħat imejl fuq [email protected] jew inkella billi żżur http://www.business.hsbc.com.mt/en-gb/mt/generic/important-announcement

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Studju xjentifiku dwar it-tniġġis tal-arja li ġie ppubblikat f’rivisti internazzjonali, jikkalkula l-effetti fit-tul ta’ dan it-tniġġis fuq saħħet il-bniedem. B’mod ġenerali l-istudju juri tnaqqis fl-elementi fini ta’ tniġġis mal-pajjiż iżda…

Immigrazzjoni

Il-pressjoni tal-immigrazzjoni irregolari mil-Libja lejn ix-xtut Ewropej kompliet żdiedet minħabba l-pandemija li qed twassal biex bosta ħaddiema fil-Libja li ma jikkwalifikawx għall-ażil qed jittantaw xortihom jaqsmu l-baħar. Ċifri li għandu…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Edukazzjoni li jħarreġ persuni biex isiru għalliema, qed isib diffikultà biex joffri l-kors tal-Malti għal dawk li jixtiequ jgħallmu s-suġġett. Il-Kap tal-Istitut Joanne Grima stqarret li l-Istitut għadu ma…

Aktar