Solidarjetà
HSBC Malta jagħti donazzjoni ta’ €8,000 lill-Malta Trust Foundation

HSBC Malta ta donazzjoni ta’ €8,000 lill-Malta Trust Foundation, bħala parti mill-attivitajiet ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva f’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza.

B’din id-donazzjoni, il-bank se jkun qed jappoġġja l-Food Aid Project li l-Malta Trust Foundation waqqfet f’Marzu biex tilħaq lill-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, bħall-familji u l-individwi milqutin serjament mit-taqlib soċjo-ekonomiku li ġab miegħu l-COVID-19.

Imwaqqfa fl-2015 mill-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, il-President Emeritus ta’ Malta u ċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni, il-Malta Trust Foundation hi struttura li tieħu azzjoni konkreta biex tappoġġja żgħażagħ żvantaġġati li jimmiraw għal futur aħjar permezz ta’ emanċipazzjoni u inizjattivi psikosoċjali.

Id-direttriċi tal-Malta Trust Foundation, Sarah Bondin qalet li sal-lum, kienu ta’ għajnuna għal 1,733 familja, 24 organizzazzjoni u 6,187 individwu.

Il-Kap Eżekuttiv Designate tal-HSBC Malta, Simon Vaughan Johnson qal li inizjativi bħall-Food Aid Project jħallu impatt kbir fl-għajnuna għal dawk fil-bżonn f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.  HSBC Malta għaraf li din il-pandemija qed tiġġenera tbatijiet għal ħafna nies u jinsab kuntent li qed f’pożizzjoni li jappoġġja proġett bħal dan.

Aħbarijiet Oħra
Politika

B’reazzjoni għall-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lbieraħ, dwar ix-xhieda fil-kawża tiegħu dwar il-kuntratt mal-Vitals, kelliem għan-Nexia BT Manuel Castagna, qal li x-xhieda tiegħu fil-qorti kienet li l-kumitat ta’ aġġudikazzjoni li…

Lokali

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt…

Kronaka

Anzjan ta’ 90 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. Kienu għall-ħabta tas-06:30, meta seħħet kollużjoni fi Triq Dun Karm bejn vettura tal-għamla…

COVID-19

Għall-ewwel darba minn Marzu l’hawn mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus f’Malta, l-ebda pazjent bil-virus mhu qed jingħata kura fl-isptar Mater Dei. Fl-aġġornament ta’ kuljum kmieni waranofsinhar, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu…

Aktar