Lokali
“Ħsibthom bombi tal-festa … xħin inżilt nara l-karozzi jaqbdu” – sid il-vetturi

L-għodwa għal John Cortis minn Ħal Qormi ma kinitx bħas-soltu.

Ma’ TVM spjega li dalgħodu xħin qam xamm riħa ta’ ħruq u sema’ xi tfaqqigħ bħal bombi tal-festa. Huwa ħaseb li kienu bombi tal-festa tant li ċempel lil martu u qallha li tal-festa għadhom għaddejjin.

Madankollu, dak li sema’ għall-ħabta tat-3am, ma kinux tal-festa. Dlonk huwa rċieva telefonata mill-għassa tal-Ħal Qormi biex imur s’hemm minħabba li ħarqulu sitt vetturi.

Ma’ TVM, Cortis qal li ma riedx jemmen mal-ewwel iżda malli mar fuq il-post sab ma’ wiċċu xena li żgur qatt ma stenna – dik ta’ sitt vetturi jaqbdu.

Huwa spjega li f’din l-art privata ta’ sħabu kien ilu sena jipparkkja l-karozzi u qatt ma kellu problemi.

Ara wkoll:

Aġġornat: Is-6 karozzi li ħadu n-nar f’Ħal Qormi kienu għall-bejgħ

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda. Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV…

Aktar