Tfal
Ħtieġa għall-familji biex jiffosterjaw lit-tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq rashom. Koordinatur tas-servizz tal-foster care Andre’ Mizzi qal li hawn bżonn ta’ iktar familji li jiffosterjaw lit-tfal biex ituhom ħajja stabbli li tixirqilhom.

Il-koordinatur tas-servizz tal-foster care fl-aġenzija Appoġġ Andre’ Mizzi qal lil TVM li bħalissa hawn 244 tifel u tifla li qed jgħixu għand foster carers, li minnhom ‘l fuq minn mija huma tfal li l-genituri taghhom volontarjment iddeċidew li jersqu għand l-Agenzija Appoġġ biex uliedhom jiġu mrobbija temporanjament minn familji oħra.

Andre’ Mizzi qal “jew sitwazzjonijiet ta’ mard, jew l-omm tkun single parent ma jkollhiex ma’ min tħalli t-tfal u tidħol it-tfal, jew homelessness”

Is-sur Mizzi spjega li l-Agenzija Appoġġ tagħmel li tista’ biex tfal li ma jkunux jistgħu jgħixu mal-familji naturali tagħhom jitrabbew minn familji oħra li jiftħu l-bibien tad-dar tagħhom għall-fostering. Spjega li dan ma jkunx dejjem possibbli jekk ma jinstabux biżżejjed familji.

Andre’ Mizzi qal “jekk ma nsibux foster family, jew imorru dar residenzjali, jew bis-sapport, it-tfal jitħallew mal-familjari, sakemm ma nsibux placement alternattiv”.

Minbarra tfal li jitrabbew għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess, hemm 142 tifel u tifla li qegħdin taħt care order, ghax jkun jittieħdu mill-kura tal-ġenituri tagħhom minħabba ċirkustanzi partikulari.

Is-sur Mizzi qal li bħalissa hawn 220 familja li jiffosterjaw, iżda li dawn mhux biżżejjed. Spjega li meta familja tiddeċiedi li tiffosterja lit-tfal, tingħataw taħriġ u anki appoġġ finanzjarju.

Andre’ Mizzi qal “jagħmlu kuntatt mal-aġenzija appoġġ u jistaqsu għat-tim tal-fostering u Facebook Page Fostering Services Malta.”

Is-Sur Mizzi qal li t-tfal li jgħixu għand foster carers ikollhom social workers iddedikat għalihom, u ieħor għall-familja li qed tiffosterja biex jingħataw l-appoġġ li jkollhom bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Aktar