Lokali
“Hu ironiku li ffirmaw rikors biex ma tiġix implimentata liġi li vvutaw favuriha” – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati.

Illum, fil-Palazz tal-President, tliet maġistrati, Dr Francesco Depasquale, Dr Joanne Vella Cuschieri u Dr Aaron Bugeja nħatru Imħallfin waqt li tliet avukati Nadine Lia, Victor Axiak u Bridget Sultana nħatru Maġistrati.

Dalgħodu l-grupp Repubblika MT talab lill-Qorti biex twaqqaf dawn il-ħatriet. Assistiet mill-avukat Jason Azzopardi u Simon Busuttil, il-Grupp qal li l-Gvern għandu jieħu l-pariri tal-esperti tal-Kummissjoni Venezja u jipproponi riformi Kostituzzjonali li jassiguraw li l-ġudikanti ġodda jintgħażlu b’dik is-sistema fl-interess tad-demokrazija u l-indipendenza tal-ġudikatura.

F’kummenti mal-midja, il-Prim Ministru qal li huwa ironiku li Dr Busuttil u Dr Azzopardi, li kienu parti mill-Kamra tad-Deputati li vvutaw favur il-bidliet fil-liġi, issa ma jridux li tiġi implimentata l-liġi.

Ara wkoll:

Jingħataw il-ġurament tal-ħatra 3 imħallfin u 3 maġistrati ġodda

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar