Kronaka
Hugo Chetcuti fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina

Hugo Chetcuti li għandu katina ta’ stabbilimenti f’Paceville jinsab fil-periklu tal-mewt wara li qala’ mill-inqas 2 daqqiet ta’ sikkina fl-istonku. L-allegat aggressur li huwa Serb ġie arrestat ftit tal-ħin wara l-Balluta.

Il-każ seħħ ilbieraħ fl-10.30pm fi Triq Santa Rita kantuniera ma’ Triq San Ġorġ, San Ġiljan f’wieħed mill-istabbilimenti ta’ Chetcuti.

Dak il-ħin Hugo Chetcuti kien fl-istabbilment ġdid tiegħu li jinsab ftit ‘l isfel mill-kumpless tas-cinema. F’mument minnhom daħal Serb li mar dritt fuq Chetcuti u tah daqqiet b’sikkina li kellu f’idu.

L-aggressur, Serb ta’ 35 sena ħarab jiġri minn fuq il-post u ġie arrestat f’Tas-Sliema. Waqt l-arrest, huwa ma bediex jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija u aggredihom u kkawżalhom feriti ħfief. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li kellha tuża t-taser sabiex ir-raġel seta’ jiġi kkontrollat. Minn tfittxija li saret fuqu nstab li kellu arma li taqta’ u bil-ponta. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura minħabba li kellu xi ġrieħi u wara li ġie rilaxxat, ġie eskortat lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-aktar stħarriġ.

Fl-istess waqt Hugo Chetcuti ttieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie operat mill-ewwel.

Huwa jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech u nftetħet inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar