
L-imprenditur Hugo Chetcuti għadu qed jingħata l-kura meħtieġa fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) hekk kif il-qagħda tiegħu għadha kritika.
Wara erbat ijiem li qala’ daqqiet ta’ sikkina fi stabbiliment tiegħu stess f’Paceville, Chetcuti jidher li stejqer xi ftit, minkejja li għadu fil-periklu tal-mewt. Kienu bosta dawk li fuq is-siti soċjali li qalu li qed jitolbu għalih tant li l-familjari tiegħu rringrazzjaw lil kull min qed jagħti l-appoġġ lill-familja tiegħu f’dawn il-mumenti diffiċli.
Chetcuti ġie operat minħabba l-ġrieħi serji li sofra kawża tal-feriment li ġarrab mill-aggressur li madwar 12-il siegħa wara l-każ tressaq il-Qorti ffaċċjat bl-akkużi tal-attentat ta’ qtil tal-imprenditur.
Sorsi qalu lil TVM li Bojan Cmelik, Serb ta’ 35 sena, wasal Malta fil-jiem ta’ qabel sar il-feriment u mhux magħruf jekk kienux jafu lil xulxin Chetcuti u Cmelik.
F’sezzjonijiet oħra tal-media lokali qed ikun irrappurtat li l-aggressur kien impjegat f’wieħed mill-istabbilimenti ta’ Chetcuti u ma kienx tħalla iktar jaħdem fih minn wieħed mill-managers.
Ara wkoll:
Hugo Chetcuti fil-periklu tal-mewt wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina
Is-Serb akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ Hugo Chetcuti ġie Malta fl-aħħar jiem
Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Kristy Debono, qalet li l-Partit Nazzjonalista kien u se jibqa’ t-tarka tal-poplu u tal-pajjiż kollu waqt li se jsaħħaħ il-ħidma favur il-pajjiż. Fi tmiem it-tielet…
Persuni li ħadu lil uliedhom biex jilagħbu f’bandli fiċ-ċentru tan-Naxxar baqgħu xxukkjati bl-ammont ta’ ħmieġ tal-għasafar li sabu. Twapet, bankijiet, bandli, żurżieqa u oġġetti oħra li jitilgħu fuqhom it-tfal kienu…
Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li l-iżvilupp tas-sit fejn hemm il-Lukanda Jerma se jinvolvi spekulazzjoni tal-art u bħal Pembroke, din l-art li fiha 38 elf metru kwadu mal-kosta…
Il-Pulizija arrestat raġel wara ġlieda li nqalgħet fiċ-ċentru tad-Detox fi Gwardamangia. L-arrest sar fid-daħla tal-Isptar San Luqa, għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar. Allegatament fil-ġlieda, li fiha kien hemm involuti madwar erba’…