Kronaka
Hugo Chetcuti operat mill-ġdid wara li qeleb għall-agħar

L-imprenditur Hugo Chetcuti reġa’ ġie operat b’urġenza llum wara li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-agħar. Huwa sofra żewġ daqqiet ta’ sikkina fl-istonku l-Ġimgħa tard filgħaxija.

Wara l-operazzjoni, Chetcuti ġie trasferit f’sala oħra fl-isptar fejn jinsab mgħasses il-ħin kollu minn pulizija. Sorsi qrib l-isptar Mater Dei spjegaw li għalkemm il-kundizzjoni tiegħu ġiet deskritta bħala stabbli, hu xorta jinsab fil-periklu tal-mewt.

Hugo Chetcuti qala’ d-daqqiet b’sikkina kbira, b’xafra ta’ madwar tmien pulzieri minn Bojan Cmelik, Serb ta’ 35 sena, waqt il-ftuħ ta’ stabiliment ġdid ta’ Chetcuti fi Triq Santa Rita, f’Paceville.

Is-Sibt filgħodu Bojan Cmelik, tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat tal qtil ta’ Hugo Chetcuti. Hu ġie arrestat ftit ħin wara f’ġirja minn Paceville sa Tas-Sliema.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar