Lokali
Hugo Chetcuti se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis

Hugo Chetcuti se jingħata l-aħħar tislima nhar il-Ħamis li ġej, 19 ta’ Lulju.

Huwa se jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid fl-10am.

Kull min jattendi huwa mitlub li jilbes l-iswed u qed jintalab li flok fjuri jingħataw għotjiet lill-Cresche tal-Ursolini, fi Triq Karm Galea, Tas-Sliema. Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru fuq www.rip.com.mt/charities.

Il-familjari qed jitolbu wkoll lil dawk li jattendu biex jitfu l-mobiles tagħhom u ma jiffilmjawx.

Chetcuti miet nhar il-Ħamis 12 ta’ Lulju wara li għamel sitt ijiem jissielet għal ħajtu. Kien nhar is-6 ta’ Lulju meta Chetcuti safa ferut fi stabbiliment tiegħu mis-Serb Bojan Cmelik.

Ara wkoll:

Imut Hugo Chetcuti 6 ijiem mill-feriment f’Paceville

Jispjega għala s-Serb li qatel lil Hugo Chetcuti tkeċċa mix-xogħol

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Botta u risposta bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u l-grupp Corinthia. Il-Partit Nazzjonalista qal li laqgħa Parlamentari biex tgħaddi art pubblika lill-Grupp Corinthia ġiet posposta għall-4 ta’…

Kronaka

Il-Pulizija qiegħda tfittex lil David Liniker Micallef li għandu 31 sena. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-imsemmija persuna tiffrekwenta l-akwati ta’ Birkirkara. Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna…

Lokali

Wara kważi ħamsin sena f’Malta, l-Astracast, fabbrika Ingliża li timmanifattura s-sinkijiet għalqet ħabta u sabta l-bibien tagħha possibilment minħabba diffikultajiet finanzjarji u ħalliet lil 35 ħaddiem tagħha lampa stampa. Il-General…

Aktar