Kurżitajiet, Lokali
Ħuta ġdida fil-baħar Malti

Ħuta żgħira tropikali, li sa ftit taż-żmien ilu kienet tinstab f’akwarji lokali; issa ntlemħet fl-ibħra Maltin minn bugħaddas fil-Port ta’ Marsamxett.

Alan Deidun qal li “forma ta’ ċawla ġdida; l-Azure Damoiselle – speċi li ġejja minn eluf ta’ kilometri ‘l bogħod – hija speċi nativa li toriġina fil-Punent tal-Awstralja u tal-Indonesja. M’għandhiex isem bil-Malti għax dawn l-ebda ma jkollhom għax huma speċi ġodda iżda li kieku kellna nagħtuha isem, naħseb li l-iktar wieħed li jixraq huwa dak ta’ Ċawla Kaħlanija billi l-kuġini tagħha huma ċawl oħrajn.”

Il-Professur Alan Deidun qal li l-ispeċi aljeni mhumiex isibu ruħhom biss fil-Mediterran għax jidħlu mill-Oċean Atlantiku jew mill-Paċifiku, iżda b’dilettanti tal-akwarji tal-ilma baħar li jħarrbu ‘l dawn l-ispeċi.

Qal li filwaqt iċ-Ċawla Kaħlanija mhix speċi invażiva, id-Devil Fire Fish, magħrufa bħala l-Lion Fish, li tinsab viċin l-ibħra Maltin toħnoq l-ispeċi fl-istess ambjent tagħha.

“Tiekol ħafna ħut f’ġurnata waħda; tipproduċi b’mod fenomenali – tipproduċi mal-50,000 bajda kull tliet ijiem fl-istaġun tar-riproduzzjoni u ma tantx għandha għedewwa billi hi tipproteġi lilha nfisha b’xewk li jinġetta l-velenu li għandha fuq daharha. Din ma tantx għandha min jikkontrollaha u timpattalek ħut bħaċ-Ċeren għax tikkompeti għall-istess ikel bħaċ-Ċeren” stqarr Prof. Deidun.

Fil-baħar Mediterran hemm mal-15,000 ħlejjaq li jinkludu ħut, ħaxix tal-baħar u granċijiet. Aktar min elf minhom ġew minn ibħra oħrajn.

Il-Professur Deidun qal li l-Port il-Kbir, Marsamxett u l-Bajja ta’ Marsaxlokk huma fost l-aktar postijiet f’Malta li ġew innutati speċi aljeni għax jidħlu mal-bastimenti/=.

Hu qal li l-pubbliku hu mħeġġeġ li meta jinnota ħut stramb jipparteċipa fi Spot the Alien Fish – kampanja li biha s-sajjieda u l-pubbliku jibgħatu ritratti u tagħrif dwar fejn tkun ġiet innotata l-ħuta fuq aliensmalta.eu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Hekk kif ir-Renju Unit qed jiċċelebra l-għaqda fiż-żwieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle, tajjeb niftakru li mhux kull żwieġ irjali ntlaqa’ b’ferħ u entużjażmu. La mill-pubbliku u xi kultant wisq…

Barranin, Kurżitajiet

Meghan Markle mhijiex l-ewwel Amerikana u divorzjata, li se tidħol fil-Familja Rjali Ingliża. Qabilha kien hemm Wallis Simpson f’ċirkostanzi kompletament differenti minn tal-lum.  L-aħħar darba li dan seħħ, ir-Re abdika mit-tron…

Barranin, Kurżitajiet

Ħafna jqisuh bħala l-aktar Prinċep fuq ruħu, forsi wkoll ribelluż, il-Prinċep li dejjem kien isib ruħu fl-inkwiet…  Il-Prinċep Henry Charles Albert David magħruf bħala l-Prinċep Harry huwa s-sitt suċċessur għat-tron…

Barranin, Kurżitajiet

Londra. Belt multi-kulturali għall-aħħar. Il-kunċett innifsu ta’ Brittanniku illum il-ġurnata twessa’ biżżejjed biex ifisser tiżwiqa ta’ razez, etniċitajiet u kuluri. Iżda l-Familja Rjali sal-lum kienet għadha ma ddakkret qatt, uffiċjalment,…

Aktar