Budget2022
Huwa baġit li jinċentiva lin-nies biex jaħdmu iktar – Il-Kamra tal-Kummerċ

Marisa Xuereb, President tal-Kamra tal-Kummerċ, qalet li l-baġit imħabbar illejla huwa wieħed li jinċentiva lin-nies biex jaħdmu iktar b’rata vantaġġjuża fuq l-overtime u benefiċċju għal min jaħdem xiftijiet.

Qalet ukoll li l-baġit qed iħajjar ukoll pensjonanti biex jaħdmu u lill-intraprendituri biex jinvestu f’affarijiet sostenibbli.

Żiedet li huwa wkoll baġit li qed jirrikonoxxi li l-ispejjeż żdiedu, u l-aktar ħaġa pożittiva fih hi li l-Gvern qed jeħodha fuq spallejh u jwieżen lil min hu l-iktar batut minflok jgħaddi din l-ispiża fuq min iħaddem u nidħlu f’ċirku vizzjuż ta’ inflazzjoni.