Barranin
Huwa possibbli li Notre Dame jinbena mill-ġdid f’5 snin?

Il-Gvern Franċiż għamel sejħa internazzjonali għall-periti biex iressqu id-diżinji tagħhom għar-rikostruzzjoni tal-kampnar tal-katidral Notre Dame f’Pariġi. Is-sejħa għamilha l-Prim Ministru Edouard Philippe f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha qal li l-kampnar il-ġdid tal-katidral storiku jrid ikun adattat għat-teknika tal-preżent. Għalkemm il-kampnar ikoniku inqered għalkollox, it-torrijiet ewlenin tan-Notre Dame salvaw in-nar u issa l-attenzjoni daret fuq kif se ssir ir-rikostruzzjoni ta’ dak li nqered bin-nar.

Kemm hu possibbli li l-katidral dedikat lill-Verġni Imqaddsa Notre Dame jinbena mill-ġdid f’ħames snin? Għall-President Franċiż din hija possibbli. F’indirizz lin-nazzjon Macron wiegħed li dan il-katidral storiku u meqjus bħala wirt dinji mill-UNESCO, jitlesta qabel l-edizzjoni tal-Logħob Olimpiku fi Franza fl-2024. Mhux tal-istess fehma esperti fl-arkitettura li qed jgħidu li biex jinbena mill-ġdid il-katidral Notre Dame, iridu jgħaddu s-snin.

Tim ta’ 50 persuna li qed jinvestigaw il-kawża tan-nar, eliminaw it-teorija li n-nar tqabbad apposta u qed iqisuh bħala inċident. Mat-€800 miljun  ġew imwiegħda minn kumpaniji multi nazzjonali biex in-Notre Dame jinbena mill-ġdid, bil-President Franċiż jgħid li ladarba jerġa’ jinbena, ikun isbaħ u aħjar.

Macron wera l-ħsieb li jvara kampanja internazzjonali għall-ġbir ta’ fondi biex in-Notre Dame jinbena mill-ġdid. Dan il-katidral Gotiku, li jmur lura kważi 850 sena huwa wieħed mill-aktar postijiet storiċi li l-iktar iżuruh nies f’Pariġi, bi 13-il miljun viżitatur fis-sena jżuru dan il-katidral maestuż. Fil-Vatikan fl-udjenza ġenerali, il-Papa Frangisku qal li l-knisja Kattolika hija grata għal kull min b’periklu għal ħajtu daħal fin-nirien ħalli jsalva r-relikwi u l-arti sagra

In-nar li beda għall-ħabta tas-6.45pm t-Tnejn filgħaxija qered kważi s-saqaf kollu tal-katidral u l-kampnar ewlieni u dam 15-il siegħa biex intefa’ għalkollox.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Aktar