Lokali
“Huwa ta’ tħassib li l-PM għadu ma rriżenjax” – il-Kap tad-Delegazzjoni, l-Ewroparlamentari Sophie in’t Veld

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew temmet il-missjoni tagħha f’Malta u kkonkludiet li l-iżviluppi f’Malta jridu jkunu diskussi fl-istitutuzzjonijiet Ewropej. Il-Kap tad-Delegazzjoni esprimiet tħassib fosthom għall-fatt li l-Prim Ministru għadu fil-kariga.

Wara żjara ta’ jumejn biex tistħarreġ is-saltna tad-dritt f’Malta, il-Kap tad-Delegazzjoni, l-Ewroparlamentari Sophie in’t Veld, stqarret li huwa ta’ tħassib li l-Prim Ministru, Joseph Muscat, għadu ma rriżenjax mill-kariga. L-Ewroparlmentari Olandiża esprimiet tħassib ukoll għall-fatt li l-Parlament aġġorna għall-20 ta’ Jannar.

Sophie in’ t Veld qalet “the next forty days are going to be crucial in the murder investigation and we do not want any risk or even a perceived risk, which is just as serious, that the investigation can may be comprised in any way. There has to be absolute confidence in the process and I think when he is in office, that confidence is not there.”

L-Ewroparlamentari Olandiża esprimiet il-fehma li ma tkunx idea ħażina li l-Prim Ministru jkun interrogat mill-Pulizija anke fl-interess tiegħu stess u spjegat għaliex.

Sophie in’ t Veld qalet “Mr Schembri whose name pops up in every case related to people who are in the murder case, corruption, off-shore companies, whatever. So what does that say about the Prime Minister? I mean either he’s been incredibly naive when all of this was going on under his nose or he was part of the problem he was working together with Mr Schembri, or his judgement was completely flatly. So I think it’s also in his own interest and because if he says, I’ve got nothing to do with everything, then maybe he should give all the information.”

Il-Kap tad-Delegazzjoni qalet li l-istat tas-saltna tad-dritt f’Malta għandu jkun diskuss fl-istituzzjonijiet Ewropej minnufih.

L-Ewroparlamentari Roberta Metsola qalet li ma ngħatatx tweġiba mill-Pulizija meta staqsiet għaliex Konrad Mizzi ma ġiex investigat dwar il-Panama Papers. L-Ewroparlamentari Ġermaniża tas-Soċjalisti, Birgit Sippel, qalet li l-Prim Ministru għandu jitlaq minnufih biex ma jkunx hemm dubji fl-investigazzjonijiet li qed isiru.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg qal li bħala moviment u Gvern se jdawwar kull sfida f’opportunità, aktar ġustizzja, aktar progress u aktar għaqda għall-familji kollha f’Malta u Għawdex. Fuq…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi wissiet lill-membri tagħha u lill-imprendituri biex ikunu kawti u responsabbli f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Fi stqarrija, l-MDA qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jirriżenja kienet waħda inevitabbli fl-isfond ta’…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Aktar