LGBTIQ
Ħwienet f’Kalifornja jrid ikollhom sezzjoni tal-ġugarelli gender neutral

Minbarra sezzjoni b’ġugarelli għas-subien u dik għall-bniet il-ħwienet f’Kalifornja jrid ikollhom sezzjoni b’ġugarelli li ma jkunux ristretti għal xi tip ta’ sess partikolari.

Kien il-Gvernatur ta’ Kalifornja Gavin Newsom li ffirma l-liġi li se tidħol fis=-seħħ mill-2024.

Evan Low, membru tal-assemblea li ħadem fuq din il-liġi, staqsa għaliex tifla għandha tmur fis-sezzjoni tas-subien biex tixtri karozza tal-Pulizija jew dinosawru jew tifel irid imur fis-sezzjoni tal-bniet biex jixtri l-glitters.

Low sostna li kienet waħda mit-tfal tal-istaff tiegħu li ispirat din il-liġi għax staqsiet għala trid tmur fis-sezzjoni tas-subien biex tixtri ċertu ġugarelli.

Il-liġi se tkun tapplika għal dawk il-ħwienet li jkollhom 500 impjegat jew aktar.

Ħwienet li ma jimxux ma’ din il-liġi se jkunu mmultati $250 l-ewwel darba li jiksruha u $500 kull darba li jkomplu jiksruha.