Ekonomija u Finanzi
Ħwienet kwieti – in-nies m’għadhomx jagħmlu għas-sales ta’ Jannar

L-ewwel sales tas-sena m’għadhomx iwasslu għal kjus barra l-ħwienet, indikazzjoni ċara li ħafna konsumaturi m’għadhomx jistennew is-sales għax-xiri tagħhom.

Waqt li l-opportunitajiet ghax-xiri ma jonqsux, uffiċjal fl-Awtorità tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur xejnet ideat żbaljati dwar id-drittijiet tal-konsumaturi meta jixtru waqt is-sales.

“Wara l-Black Friday, ix-xiri u l-infiq sfrenat tal-Milied u ħafna opportunitajiet ta’ xiri fuq l-internet jista’ jkun li ħallew hafna bwiet qoxqoz, iżda xejn ma jżomm lura lill-komunità kummerċjali tal-ħwienet li jagħmlu s-sales staġjonali fuq il-prodotti tagħhom fi żmien meta n-negozju wara l-Milied ikun xi ftit kajman.”

Staqsejna lid-Direttur għall-Informazzjoni fi ħdan l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, Odette Vella, x’inhuma d-drittijiet tal-konsumaturi meta jixtru waqt is-sales.

“Bħala konsumatur meta nixtru waqt is-sales, għandna l-istess drittijiet legali bħal meta nixtru bil-prezzijiet oriġinali. Jiġifieri jekk meta nixtru jirriżulta li għandu xi difett moħbi jew xi difett li ma stajniex narawh aħna meta xtrajna l-prodott, skont il-liġi, jekk konna xtrajnih bi prezz irħas milli normalment jinbiegħ, skont il-liġi għandek l-istess drittijiet.”

Odette Vella spjegat li sakemm ma jkunx hemm notifika fil-ħwienet li tavża li l-oġġetti mibjugħa fis-sales ma jistgħux jinbidlu, il-konsumatur għandu d-dritt ibiddel jew jieħu flusu lura għall-prodotti li jkun xtara.

“Sakemm il-prodott ma jkollu xejn ħażin u tal-ħanut iddeċieda li jimponi policy li ma jistax jiġi rritornat dak il-prodott, il-konsumatur ma għandux dritt li jmur bil-prodott lura għand tal-ħanut. Meta nibdel inkun naf x’inhuma l-kundizzjonijiet sa meta nista’ nibdel, noqgħod attent li ma naqtax it-tikketta, affarijiet bħal dawn.”

U fit-tieni jum tas-sena l-ġdida, fil-belt u fiċ-ċentri kummerċjali, ma kien hemm l-ebda ferneżija għax-xiri bis-sales. Anke xi sidien tal-ħwienet stqarrew li s-sales ta’ Jannar, għal lanqas f’Malta, m’għadhomx inqanqlu ħafna l-interess mix-xerrejja.

Fost il-konsumaturi sibna opinjonijiet kuntrastanti. Ara x’kellhom xi jgħidu:

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Kmieni dalgħodu seħħet ħabta frontali bejn mutur u trakk f’Ħal Qormi li ħalliet sewwieq ta’ mutur midrub. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħammieri fis-7.30am li fih kienu nvoluti sewwieq ta’ mutur…

Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Aktar