Politika
Ian Borg jgħid li ġie mħeġġeġ jitfa’ ismu għal Mexxej tal-PL

Mistoqsi minn TVM hux se jikkontesta għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-Partit Laburista, il-Ministru Ian Borg reġa’ tenna li l-prijorità f’dan l-istadju hi l-għaqda iżda stqarr li qed jiġi mħeġġeġ biex jitfa’ ismu f’din l-elezzjoni.

Dr Borg qal li f’dan iż-żmien il-Partit Laburista m’għandux bżonn min jgħid li se jikkontesta jew le, iżda skontu huwa żmien li flimkien jirriflettu u jaraw minn għandu l-aqwa kapaċitajiet.

Qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel biċċa xogħol tajba ħafna f’dawn l-aħħar 11-il sena u li s-suċċessur tiegħu se jkollu biċċa xogħol iebsa ħafna biex jimla’ dak iż-żarbun.

Ma’ TVM Dr Borg qal li huwa ġie mħeġġeġ minn diversi nies biex jikkontesta u li se jkun qed jara kif bil-ħiliet tiegħu jkun jista’ jagħti kontribut. Madanakollu huwa reġa’sostna li l-prijorità tiegħu u tal-partit hi l-għaqda, xi ħaġa li skontu hi l-akbar differenza bejn il-gvern u l-kamp tal-Oppożizzjoni.

S’issa l-ebda esponent tal-Partit Laburista kkuntatjat minn TVM f’dan l-istadju ma kkonferma li se jikkontesta l-elezzjoni għall-mexxej ġdid minflok il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Xafiero Lantveld, Olandiż ta’ 23 sena tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga kokaina. Fil-Qorti ntqal li hu ġie arrestat f’lukanda f’Tas-Sliema wara li l-pulizija rċeviet informazzjoni li kien qed…

Qorti

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, waqqa’ kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ġurnal The Malta Independent dwar storja li fiha qal li fl-2014 saret transazzjoni finanzjarja…

Kronaka

Bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-lejl illi għadda, il-Pulizija wettqet mat-80 spezzjoni, f’diversi stabbilimenti madwar Malta u Għawdex. B’kollox ġew imħarrka mal-100 persuna li nqabdu jpejpu fl-istabbilimenti. Madwar 50…

Lokali

BirdLife Malta qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jpoġġi lir-regolatur tal-kaċċa taħt il-Ministeru għal Għawdex hija dijabolika. Fi stqarrija hija kkundannat din id-deċiżjoni li sejħitilha bħala waħda purament elettorali. Fi…

Aktar