Kronaka
Ian Camilleri huwa s-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu dal-lejl

Ian Camilleri ta’ 39 sena minn Birkirkara huwa s-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu dal-lejl f’ħabta f’San Ġiljan.

Fl-inċident kien hemm involut mutur ieħor, li s-sewwieq tiegħu jinsab fil-periklu tal-mewt, kif ukoll żewġ karozzi.

Iż-żewġ sewwieqa tal-muturi kienu kollegi, hekk kif it-tnejn jaħdmu mal-Lufthansa Technik.

Is-Sur Camilleri kien qed isuq mutur tal-għamla BMW, fejn skont stqarrija tal-Pulizija, dan ħabat ġo vettura li kienet għadha kemm tilfet il-kontroll.

Fuq il-midja soċjali ma naqsux il-messaġġi ta’ xokk u sogħba minn dawk li kienu jafuh, speċjalment mid-dilettanti tal-muturi.

Ara wkoll:

Raġel tilef ħajtu u ieħor fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn muturi u karozzi

Aħbarijiet Oħra

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

L-MUT laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern=li l-istudenti jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l-14 t’Ottubru, minflok fit-30 ta’ Settembru. Fi stqarrija l-MUT qalet li kienet talbet għal dan il-posponiment biex l-iskejjel ikollhom…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Aktar