Lokali
Ibassar li Malta se tibqa’ b’surplus fil-finanzi pubbliċi fit-3 snin li ġejjin

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed ibassar li Malta jibqa’ jkollha surplus annwali fil-finanzi pubbliċi għat-tliet snin li ġejjin sal-2021 u li fl-istess perjodu t-tkabbir ekonomiku jkun fil-livell ta’ 4%.

Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-Bank Ċentrali għall-2018, Rita Schembri, Kap tad-Dipartiment tal-Analiżi Ekonomika tal-Bank Ċentrali ta’ Malta qalet li r-ritmu ta’ tkabbir ta’ aktar minn 6% fl-2018 għandu jonqos xi ftit għal madwar 4.2% għat-tliet snin li ġejjin u dan se jgħin fid-dħul tal-Gvern li għandu jikkontribwixxi għal surplus u li r-rata tad-dejn paragun mal-ġid li toħloq l-ekonomija tinżel minn 45% għal 35% tal-prodott domestiku gross.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Dr Mario Vella qal li fil-kuntest tat-tkabbir ekonomiku b’saħħtu, jeħtieġ aktar attenzjoni għal xi effetti jew pressjonijiet li joħloq dan it-tip ta’ tkabbir li għandu jistabilizza. Qal li r-riskji ewlenin għall-ekonomija Maltija huma ta’ natura ġeo-politika bħal Brexit u l-qawmien tal-populiżmu.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba. L-Ispettur Arnaud qal li…

Qorti

Fil-Qorti, bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra ż-żewġ suldati akkużati bil-qtil fis-6 ta’ April li għadda ta’ Lassine Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju. Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn…

Elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li min se jsiefer fil-jum tal-votazzjoni, se jingħata l-faċilità li jaqbeż il-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru…

Elezzjoni

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali fakkret lill-pubbliku li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija u awdjo huwa projbit fil-postijiet tal-votazzjoni. Qalet ukoll li t-teħid ta’ ritratti jew filmati fil-postijiet tal-votazzjoni…

Aktar