Lokali
Iben Andrea Bocelli jagħżel lil Malta għall-ewwel vidjo mużikali tiegħu

Malta se sservi ta’ sfond għall-ewwel vidjo mużikali tal-kantant żagħżugħ Taljan Matteo Bocelli, iben it-tenur magħruf internazzjonalment Andrea Bocelli. Hu ħa l-idea wara li f’Novembru tas-sena l-oħra missieru ġie Malta u rrekordja kunċert mill-konkatidral ta’ San Ġwann.

F’intervista esklussiva ma’ TVM, iben Bocelli stqarr li jinsab eċitat ħafna għal dan il-proġett minħabba li mistenni jagħtih spinta fil-karriera mużikali tiegħu fix-xena internazzjonali. Għal Malta din hija okkażjoni tad-deheb biex tingħata promozzjoni bħala destinazzjoni turistika.

Fl-età ta’ 20 sena, tliet snin ilu, il-kantant Taljan Matteo Bocelli iddebutta fix-xena mużikali meta kanta d-dwett ma’ missieru Andrea Bocelli bil-kanzunetta ‘Fall on Me’. Minn dakinhar beda jibni l-karriera mużikali tiegħu u bħalissa jinsab Malta minn fejn qed jiġbed l-ewwel vidjo mużikali tiegħu. Iltqajna ma’ Matteo Bocelli li qalilna li din hi t-tieni darba li qed iżur pajjiżna.

“This is my second time. I have been here when I was very little so I don’t have a clear memory of Malta at the time but luckily I came back and I had the chance to visit this beautiful place. I’ve been to La Valletta, to Mdina and today I was in Marsaxlokk. I’m very happy because even if I’m having very full days full of work, I had the chance to see a little bit…. I really hope to come back a third time and then maybe a fourth even, not only for work but to visit other places and to get to know more.”

Qalilna li jinsab kuntent, sodisfatt u eċitat li Malta qed isservi ta’ sfond għall-ewwel vidjo mużikali tiegħu.

“Right now I’m here to shoot my very first video clip of my solo career so I’m very excited. It will be released very soon but I won’t tell you the date because it is a surprise. But yes I will be releasing some singles and I’m very excited. I can’t wait to share it with everyone.”

Dwar id-dwett ma’ missieru t-tenur Andrea Bocelli, ‘Fall on Me’, qal li jirringrazzja lil missieru li tah din l-opportunità li biha mbagħad beda jkanta f’diversi pajjiżi.

“To me to sing with my dad is something which I do usually at home but when you bring something out to the public with your father it’s more special and I have to say thank you dad because that duet brought me all over the world. I learnt a lot of things. I’ve been on many famous stages and tvs.”

Xi tfisser il-mużika għal ħajjet Matteo Bocelli?

“It means a lot because as you can imagine music in my life has always been present. Since I was a little kid, since I was born I had my dad singing at home. So it’s always been a part of my life. Then I started to study music at the age of seven. I was playing the piano and I was singing as well and then you don’t know how but something happens and you find yourself like on a stage so once again I’m living a dream and I’m very happy.”

F’dawn il-ġranet Matteo Bocelli qed ikompli jdur diversi postijiet f’Malta li se jidhru fil-vidjo mużikali tiegħu. M’għandniex dubju li dan il-proġett mhux biss se jservi ta’ pjattaforma biex Bocelli jimraħ bil-karriera, iżda se jkun ta’ promozzjoni tajba għal Malta bħala destinazzjoni turistika.