Saħħa
Ibgħat messaġġ ta’ kuraġġ lil tobba u infermiera li qed jaħdmu lejl u nhar

Bosta naħarbu minnu, imm’huma jfittxuh. F’dawn il-jiem, b’mod speċjali, ilkoll qed noqogħdu b’seba’ għajnejn biex naħarbu l-mard. Madanakollu, bħalissa, għadd ta’ tobba u infermiera, qed jagħtu qalbhom, b’ħidma sfieqa li ħafna drabi żżommhom ‘il bogħod mill-għeżież tagħhom, bil-għan li jiġġieldu l-mard f’isimna u jipproteġuna lkoll.

F’dan l-isfond, il-paġna ta’ Facebook “Covid19 Malta” qed tniedi kampanja bl-isem ta’ “Lill-Eroj tagħna ngħidulhom Grazzi!” biex il-poplu Malti u Għawdxi jibgħat filmat jew voice message ta’ kuraġġ lil kull min hu nvolut fil-qasam tas-saħħa, u li bħalissa qed jaħdem lejl u nhar.

Tista’ tibgħat il-messaġġi tiegħek bil-WhatsApp fuq 79075414.

Healthcare professionals and disciplined corps workers wake up everyday in the early hours of the morning to assist…

Gepostet von Covid19 Malta am Dienstag, 17. März 2020

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar