Televiżjoni u Radju
Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena mill-Belt fuq TVM u l-ewwel messaġġi ta’ awguri

Kollox jinsab lest biex il-Belt Valletta tagħti merħba lis-sena 2020.

Għal darb’oħra, fi Pjazza San Ġorġ se jittella’ spettaklu mill-isbaħ li bih Malta ssellem l-2019, u tagħti merħba lis-sena l-ġdida.

Għal min illejla bi ħsiebu joqgħod ġewwa, madanakollu xorta waħda jixtieq igawdi xi ftit l-atmosfera u l-briju li sa jkun hemm fil-belt kapitali Maltija, l-ispettaklu se jkun qed jixxandar b’mod dirett fuq TVM.

Fost il-mistednin, id-duo komiku Danusan, il-ġurnalisti Sandro Micallef u Joanna Camilleri minn TVM Sport, uħud mill-protagonisti tat-teledramm popolari ‘L-Għarusa’, u l-President ta’ Malta Dr George Vella, li sa jkun qed jagħti l-ewwel messaġġ tiegħu bħala Kap ta’ Stat għas-sena l-ġdida lill-poplu Malti u Għawdxi.

Fost l-artisti, il-band Maltija, ‘The Travellers’.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Id-dilettanti tal-festi ma qatgħux qalbhom mill-isfidi li qed toffrielna l-2020 u minkejja li għall-bidu deher li kien se jkollna sajf mneżża’ mill-brijju u l-ixxalar fit-toroq u l-pjazez madwar Malta u…

Televiżjoni u Radju

Il-programm Step by Step to Auschwitz rebaħ żewġ kategoriji fil-festival tal-films tal-Vegas Movie Awards li sar f’Las Vegas nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju. Fuq Facebook, il-produttur Jonathan Farrugia, spjega li l-kategoriji huma L-Aqwa…

Internet

Minn Marzu ‘l hawn, ir-rutina ta’ bosta minna sfat milquta bħal leħħa ta’ berqa. Mil-lejl għan-nhar, fost l-oħrajn, bosta Maltin u Għawdxin spiċċaw jaħdmu mid-dar kif setgħu. Minkejja l-fatt li…

Ambjent

F’dawn l-aħħar jiem żewġt ifkieren tal-baħar telgħu jbidu fir-ramel fuq xtajta Maltin u Għawdxin. Fekruna minnhom, telgħet tbid fil-Bajja tal-Mixquqa. Liema bajja, in-nies tafha aħjar bħalha Golden Bay. Il-fekruna, xogħolha…

Aktar