Lokali
Iċ-ċentru ġdid tal-Caritas huwa turija tal-ħidma bejn il-Gvern u l-Knisja għall-ġid tas-soċjetà – il-PM

L-Arċisqof Charles Scicluna radd ħajr lill-Caritas għall-ħidma li tagħmel għall-ġid tas-soċjetà u lill-Istat tal-investiment u għal-fiduċja li qed juri fit-tmexxija tal-Caritas. L-Arċisqof qal dan meta flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat żar iċ-ċentru terapewtiku għall-adolexxenti li qed jinbena fl-inħawi magħrufa bħala Tal-Ibwar f’Ta’ Kandja, li se jitmexxa mill-Caritas.

Miexi ġmielu l-bini ta’ ċentru ġdid tal-Caritas għar-rijabilitazzjoni ta’ adoloxxenti bil-vizzju tad-droga, f’Ta’ Kandja, fil-limiti tas-Siġġiewi. Fil-preżenza tal-Prim Ministru, inkixfet ġebla kommemorattiva li tbierket mill-Arcisqof.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan il-proġett favur il-ħajja. Dr Muscat qal li dal-progett qed iseħħ wara żjara li delegazzjoni mill-Gvern u tal-Caritas għamlu fl-Irlanda fejn hemm ċentru simili u sar bdil ta’ tagħrif.

”Nemmen li dan huwa eżempju ieħor tax-xogħol li jsir flimkien bejn l-Istat u l-Knisja li għandhom funzjonijiet totalment differemti minn xulxin fl-opinjon tiegħi fis-soċjetà imma jistgħu jkunu kumplimentari ma’ xulxin ….. Għalija dan huwa proġett favur il-ħajja għax il-ħaja mhux biss twellidha trid imma tibża’ għaliha u għalhekk qed nagħtu sinjal b’saħħtu ħafna favur il-ħajja.”

L-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li dan l-investiment qed isir bis-saħħa tal-Istat, li għaraf jinvesti f’ċentru li se jgħin għexieren ta’ żgħażagħ vulnerabbli.

”Dan huwa sinjal ta’ koperazzjoni bejn Stat u Knisja .. jien nimpenja ruħi anke f’isem il-Caritas li din l-isfida nilqgħuha biex din l-inizjattiva tal-Istat u l-Caritas favur iż-żgħażagħ tħalli l-frott.”

L-Arċisqof ta kelmtu li dan is-servizz il-ġdid iservi ta’ ġid għaż-żgħażagħ u li kull min jidħol f’dan iċ-ċentru joħroġ persuna aħjar.

Id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt qal li dan se jkun servizz importanti għall-adoloxxenti li għandhom problemi tad-droga. Qal li l-parti residenzjali taċ-ċentru terapewtiku jista’ jakkomoda mal-20 persuna minbarra servizzi oħra.

”Għandek firxa ta’ bżonnijiet diffrenti. Hemm dawk li jkunu jistgħu jużaw servizzi residenzjali u jkollhom bżonn jinqatgħu mill-ambjent fejn qed jgħixu biex jieħdu s-support u l-kura neċessarja. Għandek servizzi wkoll ta’ adoloxxenti li m’għandhomx għafejn jinqatgħu kompletament imma jiġu matul il-jum u servizzi ta’ outpatients li jiġu għal sessions ta’ terapija.”

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon qal li l-Gvern qed jinvesti aktar minn tliet miljun ewro għal daċ-ċentru u ser jikkontribwixxu madwar €750,000 fis-sena għall-operat tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, wiegħed li gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura d-demokrazija u jagħti lill-pajjiż viżjoni fit-tul li qal hi nieqsa fl-aġenda tal-gvern preżenti. F’mass meeting quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà,…

Qorti

Wayne Catania ta’ 29 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat wara li tessaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vettura u li seraq u għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor. L-akkużat wieġeb…

Qorti

Malti ta’ 36 sena ġie akkużat li l-Ġimgħa u fil-jiem ta’ qabel f’Ħal Għaxaq hedded u kkawża biża’ lil oħtu. Il-Pulizija xlietu wkoll li ta fastidju u li kkawża vjolenza…

Politika

Dwar l-inkjesta pubblika kkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li fil-jiem li ġejjin se jlaqqa’ l-grupp parlamentari biex jiddiskuti t-twaqqif tal-inkjesta. Qal li jrid il-konfort aħħari li din…

Aktar